Description
Ervaël ħarab mill-villaġġ tiegħu u jinsab fi triqtu lejn id-Dar tal-Meravilji, l-akbar librerija tar-renju. Lena, skont il-patt li għamlu bejniethom, qed issegwih qisha dellu tul it-toroq tal-belt, mingħajr ma taf eżatt x’qed ifittex Ervaël. X’hemm jistenniehom f’Organdi, din il-belt enormi fejn ma jafu lil ħadd u fejn kull inkontru jista’ jkun wieħed perikoluż ħafna?