Description
Il-Ħadd wara nofsinhar, il-familja ta’ Samantha u dik tal-kuġini ltqagħu għal ħarġa Kennedy Grove. Il-kuġini bdew jilgħabu noli, u mess lil Samantha ssib lill-oħrajn li kienu marru jistaħbew. Imma ma setgħet issib lil ħadd minnhom. Meta mbagħad ġew lura sabuha titkellem ma’ tifel liebes ilbies stramb. X’kienu qed jagħmlu Ronnie u l-kuġini flok jilgħabu noli? Min kien dak il-ħabib ġdid ta’ Samantha? U x’ried mingħandhom?