Description
Fil-ktieb Lellux u Peprin it-tfal jieħdu gost jaqraw erba’ stejjer sbieħ. F’dawn l-istejjer se jiltaqgħu ma’:
- Kannestru Frott li ħoloq diskussjoni sħiħa fuq il-mejda tal-kamra tal-ikel
- Kyle li la kien iħobb il-fjuri u lanqas il-friefet u n-naħal
- Miriam li kellha tagħżel ġeru minn fost erba’ ġriewi oħra
- Xula u Buxu ħbieb li sabu mod kif jgħinu lil xulxin
Minbarra dawn l-istejjer il-ktieb jiġbor fih ukoll erba’ poeżiji ħelwin, miktubin apposta għat-tfal. L-istejjer u l-poeżiji huma miktuba b’Malti ħafif u stil mexxej li jagħtu gost lit-tfal.