Wiċċ imb wiċċ mal-verità

9789995746629
Paperback

In stock

Description

Dan ir-rumanz huwa msejjes l-aktar fuq Kelsey, tfajla ta’ ħmistax-il sena li għandha ħuha jbati bl-awtiżmu u ssostni li qiegħed ikun ta’ xkiel għaliha. Wara l-mewt tan-nannu bdiet torqod għand in-nanna biex ix-xwejħa ma tkunx waħidha billejl. Biex tkompli tagħqad in-nanna bdiet tbati bid-dimenzja u meta tilfet il-portmoni bil-flus akkużat lil Kelsey li serqithulha hi.

Fost iż-żgħażagħ li magħhom tkun Kelsey hemm diversi problemi. Ir-rumanz iġibna wiċċ imb wiċċ ma’ sitwazzjonijiet u burdati li jvarjaw minn dawk serji, bħad-dimenzja, l-awtiżmu u d-divorzju, għal dawk umoristiċi; u minn dawk ta’ niket, bħal meta tfajla minnhom tispiċċa f’koma, għal dawk tad-daħq, bħaċ-ċajtiet ta’ Jerome.

Fost iż-żgħażagħ jitfaċċa wkoll l-ewwel xrar ta’ mħabba. Niltaqgħu ma’ mħabba li ma sseħħx għax tfajla jkollha grazzja ma’ ġuvni li jitħajjar imur patri, u nsibu mħabba oħra li tidher li se seħħ.

Additional information

Weight 200.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 126
ISBN 9789995746629
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789995746629 Categories: