L-Imnara Vol. 12 Nru 1, Ħarġa Nru 44

9213803513771
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

1 L-Editorjal
2 Kurżitajiet Lingwistiċi dwar xi Annimali
12 ĠAĦAN – Min Kien?
17 Is-Sagristija u l-Paramenti Sagri
21 Storja Qasira tal Antoloġija Letterarja fis-Sistema Edukattiva Lokali
30 Il-Begigga
32 Ismijiet tal-Għana tal Għasafar
40 Il-King’s Own Malta Regiment (KOMR) fi Żmien il-Milied
43 San Lawrenz Jilbes għall Festa
45 Iċ-Ċimiterju tal Addolorata

Annibale Preca twieled fl-1832 u jgħidu li qatt ma siefer għax l-aktar li wasal kien sal-gżira t’Għawdex. L-ewwel ktieb mis-sensiela Mogħdija taż-Żmien kitbu hu, imma l-aktar ktieb li hu magħruf għalih jismu Malta Cananea; ħareġ fl-1904, u kien fih 768 paġna. Simon Salafia għażlilna minn din il-pubblikazzjoni lista ta’ kliem bl-ismijiet differenti tal-annimali bil-frieħ u ż-żgħar tagħhom, u kliem bil-Malti li jiddeskrivi l-lewn, il-ġilda, ix-xagħar, jew is-suf ta’ dawn il-bhejjem. L-għadd kbir u l-firxa ta’ dan il-kliem juri kemm il-Malti kien għani fit-terminoloġija meta l-lingwa kienet għadha b’saħħitha fi lsien il-poplu. Ta’ min wieħed jara li aħna l-Maltin nerġgħu nsiru midħla ta’ din it-terminoloġija ħalli forsi ma tkunx il-ġenerazzjoni tagħna li teħel bil-ħtija tal-qerda ta’ lsienna.
Meta konna żgħar, dejjem jekk il-ġenituri tagħna kellmuna bil-Malti u rabbewna ta’ Maltin, x’aktarx li lkoll smajna b’Ġaħan u dħakna u fraħna bl-istejjer tiegħu. Jista’ jagħti l-każ li fi żmienna Ġaħan tant sar klixè li ma jgħaddilniex minn rasna kemm dan il-karattru hu magħruf mad-dinja u jorbot il-kultura tagħna ma’ dinja kulturali mill-isbaħ u li għandha għeruqha fil-Lvant. Martin Morana jagħtina d-dettalji fuq dan il-karattru u jdawwarna dawra mad-dinja kulturali li tħaddan magħha lil dan il-karattru wkoll.

Natalino Fenech hu kittieb u attivista magħruf fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent naturali Malti; speċjalment fejn jidħlu t-tajr u l-għasafar. Hu kittieb ġdid għall-perjodiku tagħna, u rregalalna artiklu mill-isbaħ fuq l-ismijiet differenti li għandna fl-ilsien Malti biex infissru l-għanjiet differenti li jgħannu l-għasafar tal-ajru. Hekk nafu li l-pespus ipespes. Imma l-ġojjin, il-verdun, l-isponsun, il-gardell u l-apparell x’jagħmlu? Ipespsu wkoll? Le. Kull għasfur għandu l-għajta tiegħu, u l-ilsien Malti kapaċi jiddistingwi għajta minn oħra. L-artiklu fih ukoll terminoloġija oħra li dari kienet komuni f’fomm missirijietna u li hemm bżonn ma nħalluhiex tintilef.

L-istatwa ta’ San Lawrenz fil-Birgu baqgħet weħedha f’Malta fost dawk (titulari) li jistgħu jitlibbsu u jbiddlu l-libsa għall-festa. Dan ifisser li t-tħejjijiet għaliha fil-jiem tal-festa huma differenti għalkollox minn ta’ bliet u rħula oħra. Filwaqt li ħaddieħor ilesti l-vara bi tfarfira żgħira u żieda ta’ xi tiżjin ieħor, fil-Birgu jkun hemm iktar xogħol xi jsir. Anton Attard ifissrilna l-proċess kollu kif isir. B’xorti tajba, għandna artiklu ieħor ta’ Saviour Camilleri li jgħarrafna xi jkun hemm fis-sagristiji tal-knejjes tagħna, u jagħtina tagħrif dwar ilbies tal-qassis f’okkażjonijiet differenti. Dan iġegħelna nifhmu aktar il-paramenti sagri tal-istatwa ta’ San Lawrenz, li huma bħal dawk tal-qassisin.

Additional information

Weight 210 g
Dimensions 29.9 × 21 cm
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9213803513771
Pages 46

Product categories and tags

SKU: 9213803513771 Tags: