L-Imnara Vol.11 Nru. 1 Ħarġa Nru. 40

Folklor Minn Malta

9213803510640
Paperback

In stock

Description

Tnejn u ħamsin sena ta’ ħidma

Dari, minbarra l-festi tal-Karnival organizzati mill-Awtoritajiet Ċivili ġewwa l-Belt Valletta, kien hemm diversi ‘karnivali spontanji’ li kienu jseħħu fl-irħula, speċjalment dawk ftit ’il bogħod mill-Belt. Joseph C. Camilleri jikteb dwar id-drawwiet marbuta mal-Karnival kif kien iseħħ f’raħal twelidu — Ħal Tarxien. L-attivitajiet  kienu jibdew mill-Ħamis ta’ qabel Ħadd il-Karnival, Ħamis li kien magħruf (minn Malta kollha) bħala Jum il-Ġifa; u li fih kien isir dak iċ-ċajt li llum, minħabba kurrenti kulturali ġodda, isir fl-1 t’April. Il-bluha tal-Karnival tispiċċa meta taħbat wiċċha ma’ Ras ir-Randan, u tindifen għalkollox fil-pelligrinaġġ ta’ Ħadd in-Nies ġewwa Ħaż-Żabbar.
 
X’aktarx li l-bizzilla hi meqjusa bħala waħda mill-aħjar eżempji tal-artiġjanat Malti. Dr Consiglia Azzopardi tmexxina pass pass mal-istorja tal-ħdim tal-bizzilla, mill-bidu tagħha, sa żmien l-Ingliżi u sal-lum. Kien hemm żmien meta f’ċerti bliet Ewropej ix-xogħol tal-bizzilla kien isir f’bini mdawwar b’ħitan għolja fejn ħadd ma seta’ jidħol ħlief in-negozjanti tal-bizzilla. Minkejja s-segretezza li fiha kienet miżmuma s-sengħa, in-negozjanti Maltin li kienu jżuru dawn il-pajjiżi malajr ħadu l-idea u raw kif għamlu biex ġabu l-għarfien tax-xogħol tal-bizzilla f’Malta u Għawdex. Illum, il-bizzilla ta’ Malta hi ħaġa waħda mal-identità kulturali tagħna.
 
Kontu tafu li minn fuq il-kampnar tal-knisja tal-Lunzjata tal-kunvent tad-Dumnikani fil-Birgu, waqt li l-qniepen idoqqu l-Glorja f’Sibt il-Għid, dari kien jintefa’ għal isfel trajbu mgeżwer b’libsa qadima u mqattgħa? U li dan it-trajbu kien jissejjaħ l-Għaġuża? Anton Attard jgħidilna aktar fuq ħafna drawwiet antiki marbuta mal-festa tal-Irxoxt fil-Birgu — drawwiet li m’għadhomx magħna.
 

Additional information

Weight 190.0000 g
Dimensions 29.7 × 21 cm
Publisher
Pages 48
ISBN 9213803510640
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9213803510640 Categories: Tags: