L-Imnara Vol. 11 Nru 2, Ħarġa Nru 41

Folklor minn Malta

9213803510831
Paperback

In stock

Description

Bħall-ġnus l-oħra tad-dinja, il-poplu Malti għandu wkoll twemmin popolari fuq ħafna mill-ħlejjaq li jara madwaru; sriep, wiża’, gremxul, fkieren u żrinġijiet – kollha xi darba jew oħra sabu ruħhom is-suġġett ta’ xi qlajja’ jew ħrafa. Baħrija sewda trid tibża’ minnha; il-wiżgħa ġġib il-mard, is-serp hu kattiv u ta’ min jobogħdu; imma Lsien San Pawl jagħmel il-mirakli. Alfred E. Baldacchino jagħtina lista ta’ twemmin ta’ dari bħal dan u jgħinna biex inħarsu lejn dawn il-ħlejjaq b’għajnejn moderni.
Min kien jobsor li meta nbena u tlesta ċ-Ċimiterju tal-Addolorata, għall-ewwel ħadd ma ried jidfen lil qrabatu fih? Illum hemm talba kbira biex dak li jkun jakkwista qabar tal-familja f’dan iċ-ċimiterju sabiħ u maestuż. Mela x’kienet ir-raġuni għad-diffikultajiet tal-bidu? L-istorja jgħidhielna Eman Bonnici bl-istil mexxej tal-artiklu tiegħu fuq dan is-suġġett.
L-artikli li sena wara l-oħra qed jagħtina Saviour Camilleri dwar l-armar tal-festa – kemm l-armar ta’ barra, u wkoll dak li jintrama fil-knisja fuq ġewwa – qajmu ħafna interess fost il-qarrejja tagħna. F’din il-ħarġa għandna d-dettalji ta’ kif jintrama l-kor u l-presbiterju; anke jekk il-knisja tkun “kolleġġja”. Dawn huma artikli li xi darba nittamaw li jinġabru kollha flimkien ħalli t-terminoloġija marbuta mal-festi tagħna ma tintilifx u ma taħarbilniex minn fommna.

Additional information

Weight210.0000 g
Dimensions29.5 × 20.9 cm
Publisher
Pages48
ISBN9213803510831
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9213803510831 Tags: