L-Imnara Vol. 11 Nru 3, Ħarġa Nru 42

9213803510916
Paperback

In stock

Description

F’din il-ħarġa:

  1. L-Editorjal
  2. Il-Bandu tal-Karnival (1722-25)
  3. Kurżitajiet minn xi Ismijiet ta’ Postijiet f’Malta
  4. Apprezzament ta’ Anton F. Attard
  5. Ix-Xewkija
  6. Il-Folklor b’Rabta mal-Milied
  7. L-Għaqda ta’ Qari Tajjeb
  8. Mużika u Ġirjiet fil-Festa tal-Għid il-Kbir
  9. It-Tifkira tal-Assedju l-Kbir fil-Birgu
  10. Id-Dħul Solenni tal-Isqof fil-Katidral tal-Imdina
  11. Il-Bidu tal-Baned f’Malta
  12. Il-Baħrija

Fl-1935, il-Patri Ġiżwita Thomas Agius waqqaf l-Għaqda tal-Qari Tajjeb bl-għan li xxerred testi reliġjużi bi lsien il-poplu f’epoka fejn l-illiteriżmu kien għoli sew u f’perjodu fejn kienu jinħassu l-effetti ta’ kustjoni politiko-lingwistika li kienet ilha għaddejja deċennji. Sergio Grech idaħħalna fl-istorja ta’ x’kotba xxandru minn din l-Għaqda, u x’kien għaddej wara l-kwinti.

Is-Sur Ray Vella, lejn l-aħħar tal-karriera tiegħu, għamel xi żmien bħala surmast fl-iskola tal-Gvern fl-irħajjel tal-Baħrija. Sar midħla tal-ġmiel naturali li jdawwar dan ir-raħal, u tal-karattru ħelu tan-nies tiegħu. Xtaq jaqsam it-tifkiriet tiegħu magħna, u kiteb dan l-artiklu gustuż li bih jirnexxilu jdaħħalna f’dinja idillika li minnha llum fadal biss tifkiriet żgħar li dejjem jiċċajpru.

Il-purċissjoni ta’ Ħadd il-Għid hi karatterizzata mid-daqq ta’ mużika ferriħija u bil-ġirja li ssir mir-reffiegħa jġorru l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. Il-kuntrast ta’ dan il-briju mar-ritmu solenni tal-marċi funebri li jindaqqu jumejn qabel, jiġifieri fil-Ġimgħa l-Kbira, hu wieħed ċar ħafna. Joseph F. Grima jagħtina d-dettalji li għandna bżonn biex nifhmu dawn il-ġranet sbieħ tas-sena.

Il-karnival issa ilu jiġi ċċelebrat f’Malta għal mijiet ta’ snin. Kull sena, il-Gran Mastru tal-Ordni ta’ San Ġwann, biex l-awtoritajiet iħejju ruħhom għall-isfrattu u x-xalar li jkun ġej, kien joħroġ bandu biex jgħarraf lill-maskarati u lid-dilettanti dwar x’jistgħu, jew aħjar x’ma jistgħux jagħmlu f’dawn il-jiem ta’ bluha, jekk ma ridux li jaqilgħu xi xebgħa frosta f’post pubbliku quddiem kulħadd. Martin Morana niseġ kitba interessanti ferm li tagħti dettalji ġodda fuq dan iż-żmien ta’ tbaħrid li jiġi darba fis-sena.

Additional information

Weight 210 g
Dimensions 29.9 x 21 cm
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9213803510916
Pages 48

Product categories and tags

SKU: 9213803510916 Tags: