Il-Bolla tal-Kolleġġjata tal-Għarb

9789995712457
Paperback

In stock

Description

Il-Kavallier Horatio Caesar Roger Vella huwa professur tal-Latin u l-Grieg fl-Università ta’ Malta, fejn ilu jgħallem mill-1989. Fl-1979 kien ġa beda jgħallem fl-Università tar-Rodeżja ta’ 26 sena. Għallem ukoll f’Malawi, fl-Awstralja, fl-Isvezja u fil-Litwanja. Huwa studja fis-Seminarju tal-Furjana, fl-Ingilterra, fl-Università ta’ Malta u fl-Università ta’ Tessaloniki fil-Greċja. Kiteb kotba u artikli akkademiċi fuq dokumenti ewlenin miktuba bil-Latin jew bil-Grieg li jittrattaw fuq l-istorja ta’ Malta u Għawdex; fuq iskrizzjonijiet bil-Latin li jinsabu f’diversi knejjed u katidrali f’Malta u Għawdex, u fuq il-metrika, l-epika, il-mitoloġija u l-ġenealoġija; irriċerka, iddisinja u pinġa l-ewwel u l-uniku saqaf ġenealoġiku f’daru f’Ħal Kirkop; għamel l-ewwel traduzzjoni ta’ Properzju għall-Malti; traskrizzjoni u studju fuq diversi reġistri, inkluż l-ewwel wieħed f’Għawdex, u dokumenti tal-Knisja u tan-Nutari, barra minn edizzjonijiet ta’ kotba fuq Ħal Kirkop (żewġ volumi), San Anard u Ħal Għaxaq, u katalgi ta’ arkivji ta’ knejjes f’Malta u Għawdex, inkluż dak tal-Kolleġġjata tal-Għarb. Huwa jibqa’ magħruf għall-ewwel traduzzjoni għall-Ingliż tal-ewwel deskrizzjoni ta’ Malta magħmula mill-Latin fl-1536 mill-Quintinus, u għall-ewwel traduzzjoni għall-Ingliż tal-poeżija miktuba f’Għawdex bil-Grieg fis-seklu tnax. Kull sena huwa jmur jittraskrivi manuskritti għall-Kustodja tal-Art Imqaddsa f’Ġerusalemm. Il-Professur Vella, Kavallier tal-Ordni ta’ San Lazzru ta’ Ġerusalemm, huwa miżżewweġ lil Vivienne xebba Caruana, u għandhom tifel, Jerome.

Additional information

Weight 440 g
Dimensions 25 x 17.7 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995712457
Pages 168

Product categories and tags

SKU: 9789995712457