Niċeċ, Statwi u Slaleb fit-Toroq ta’ Birkirkara

9789995775568
Paperback

In stock

Description

In-niċeċ u xbihat sagri oħra fit-toroq ta’ rħula, bliet u l-kampanja ta’ pajjiżna, skond ħjiel mogħti mill-istoriku Ġanfranġisk Abela, jmorru lura għallanqas sas-seklu sbatax u għalhekk forsi qabel ukoll. Dak li wieħed jista’ jgħid għal Birkirkara hu li l-eqdem li nistgħu nidentifikaw huma tas-seklu tmintax u naturalment, bħal f’lokalitajiet oħra, dawn huma kkonċentrati l-aktar fil-parti l-qadima, u ma’ dan ninkludi l-partijiet li kienu żviluppati bejn iż-żewġ gwerer dinjin. Ħafna fihom laqta artistika. Oħrajn huma sempliċi, espressjoni ta’ devozzjoni popolari u kultant personali. Għal ħafna raġunjijet, fosthom dak li jissejjaħ żvilupp, ħafna għebu. Fit-tieni nofs tas-seklu li għadda, posthom kienet ħaditulhom xi xbieha żgħira maġenb il-bibien tad-djar. Imma llum jidher li hawn interess ġmielu fihom, mhux biss mil-lat ta’ restawr fejn meħtieġ, imma wkoll permezz ta’ niċeċ ġodda. F’dan ix-xogħol hawn ir-riżultat ta’ studju u stħarriġ tan-niċeċ ta’ Birkirkara, bejn wieħed u ieħor matul dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena, mqiegħed fil-kuntest ta’ dak li nsibu f’pajjiżi oħra.

Additional information

Weight 670 g
Dimensions 23.5 x 17 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995775568
Pages 210

Product categories and tags

SKU: 9789995775568