L-Imnara Vol. 11 Nru 4, Ħarġa Nru 43

9213803513634
Paperback

In stock

Description

F’din il-ħarġa:

  1. L-Editorjal
  2. It-Trasport f’Malta fiż-Żmien Bikri Ingliż kif Irrappurtat minn D. Miége (1841)
  3. Xogħol il-Bidwi f’Jannar u Frar tal-1849
  4. Il-Festa ta’ Sidtna Marija Addolorata f’Għawdex
  5. Kullani ta’ Kotba Mitbugħa mill-MUSEUM matul is-Snin
  6. L-Erwieħ, Maskarati f’Ħal Tarxien
  7. Kif Sirt Naf li l-Monument tas-Sette Giugno 1919 Ġie Fondut f’St Joseph Foundry, Raħal Ġdid
  8. Il-Purċissjoni tal-Irxoxt ta’ Trapani u dawk Maltin
  9. Kurżitajiet minn xi Ismijiet ta’ Postijiet f’Għawdex
  10. Ix‑Xalata tal‑Festa Mużika, Kompetizzjoni u Divertiment
  11. Dun Alfons taz-Zezzier: l-Arċipriet li Ħabbu Kulħadd
  12. Ġabra ta’ Sigrieti ta’ Xebh is-Sħarijiet, ta’ Misteri, ta’ Kurżità, ta’ Arti u Industrija, Maħruġ f’Malta fl-1934 minn Juan Mamo

L-istorja tal-pajjiż tissawwar minn ħafna dettalji żgħar li bejniethom ipenġu stampa ikbar. George Glanville jgħinna nsiru nafu dettall storiku li, middehra,
s’issa kien għadu mhux magħruf: fejn ġie fondut il-monument tas-Sette Giugno li hemm fiċ-ċimiterju tal-Addolorata? George Glanville għandu l-provi li dan il-monument inħadem fil-funderija St Joseph ta’ Raħal Ġdid, li fiż-żmien kienet immexxija minn qrabatu.

Ftit inkiteb fuq ix-xalata tal-festa. Minkejja li din għadha drawwa komuni, ftit għaddielhom minn rashom jifluha daqsxejn u jaraw kif qiegħda tinbidel. Simon Farrugia għandu d-dettalji kollha, u tana kitba li kien wasal iż-żmien li xi ħadd jiktibha.

Għad fadal ħafna x’jinkiteb fuq l-istorja tat-trasport f’Malta. Karozzelli, kalessi, karettuni, vapuri tal-art, trammijiet. Martin Morana jagħtina d-dettalji tassistema
tat-trasport f’Malta fiż-żmien bikri Ingliż. Hemm taghrif fuq it-trasport fuq l-art u fuq il-baħar, u jinkludi n-nollijiet li kienu jintalbu; żieda oħra importanti għall-istorja soċjali ta’ pajjiżna.

Is-sena l-oħra Sergio Grech kiteb fuq il-kotba li ħarġet l-Għaqda ta’ Qari Tajjeb. Dis-sena għandna tagħrif fuq il-kotba li ppubblikat is-Soċjetà tal-Mużew. Fi żmienhom dawn il-kotba ġew f’idejn ħafna nies, u għenu biex jiffurmaw il-fehma tan-nies ta’ żmienhom. Tajjeb għalhekk li nkunu nafu l-isfond soċjali u d-dettalji storiċi ta’ dawn il-kitbiet.

Additional information

Weight 220 g
Dimensions 29.9 × 21 cm
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9213803513634
Pages 48

Product categories and tags

You may also like…