Description
ID-DESTIN TA’ KULL WIEĦED MINNA JIDDEPENDI ĦAFNA MILL-IMMAĠINAZZJONI TA’ DAK LI JKUN
Uħud jiksbu dak li jridu, oħrajn jibqgħu biss jittamaw. Min jikkuntenta bil-ftit u min joħlom bil-kulur. Waħda mill-akbar xewqat tal-bniedem hija bla dubju dik li jirbaħ fuq il-mewt.
NAQRAW DWAR ŻEWĠ VJAĠĠI B’ELFEJN SENA BEJNIETHOM…
IMMA LI L-QOFOL TAGĦHOM HUWA L-ISTESS…
IT-TFITTIX GĦALL-IMMORTALITÀ
Storja moderna mżewqa bil-problemi ta’ kuljum u l-kilba għal ħajja dejjiema. Fl-isfond, ġrajja oħra mitlufa ġewwa fantasija bla tarf, fejn poplu sħiħ jażżarda l-impossibbli.
IL-PROTAGONISTI TAŻ-ŻEWĠ RUMANZI JITWAĦĦDU FLIMKIEN
Kahn ried jibqa’ mfakkar bħala gwerrier qalbieni.
Alice għaddiet minn inkubu u issa, liebsa maskra, xtaqet tgħix ħajja normali.
Cane kellu kollox u gawda kemm felaħ, imma ħtieġ aktar żmien.
Alissa ma riditx ħajja trankwilla u bla ħsieb akkwistat ħafna aktar milli kellha f’moħħa.