Description
VITTMA TA’ STUPRU
Selene – mara li aktar ma kienet ossessjonata biex issir omm, iżjed baqgħet mingħajr tfal. Żwieġ li tkissrilha, ħakma mill-vizzju tax-xorb, kif ukoll inkubu ta’ ħolm ikrah, ikomplu jħarbtulha ħajjitha. Imma, bil-mod il-mod, tibda
tinkixef il-verità kollha dwar il-passat ikrah tagħha.
ARMEL MIFNI MILL-PASSAT TIEGĦU
Alan – spettur tal-pulizija u missier ta’ tifel. Tniggiż ta’ kuxjenza dwar reat li kien involut fih snin qabel u inċident ikrah tat-traffiku, ikissrulu kull tama ta’ futur feliċi. Biex tagħqad, każ jaħraq li jkun inkarigat biex isolvi, iressqu viċin ħafna ta’ abbiss bla qiegħ.
MIĠNUN BLA SKRUPLI TA’ XEJN
Qattiel – raġel sabiħ li faċilment jiġbed tfajliet taħt il-ħakma tiegħu biex jissodisfa temporanjament il-kilba dejjem tikber ġewwa fih. Xebbiet innoċenti jispiċċaw vittma ta’ mostru li għalih il-ħajja umana m’għandha valur ta’ xejn. Serje ta’ omiċidji li jħallu l-pajjiż ixxukjat u l-pulizija f’ferneżija biex tfittex twaqqaf dan kollu.
X’JIĠRI META L-ĦAJJA TA’ DAWN IT-TLIETA TITĦALLAT MA’ TA’ XULXIN?