Beraq Fil-Bnazzi

Ħbiberija Mhux tas-Soltu Fid-Dell Ta' Sigriet Antik

978-99957-20-60-5
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

DAQSHEKK QRIB U DAQSTANT DIFFERENTI!

Ħbieb tal-qalb kemm ilhom jiftakru. Komplementari wieħed lill-ieħor
imma fl-istess ħin għalkollox differenti minn xulxin, kemm fid-dehra
kif ukoll fil-karattru. Michael tifel bjond, b’natural kwiet, devot u
ġej minn familja ta’ klassi medja. Sieħbu Reginald, ismar, imqareb,
marbut mal-affarijiet tad-dinja u b’familja mixħuta fin-negozju.
Rabta qawwija imma li kienet iddestinata tinfired għal żmien u wara
terġa’ tissokta. Imma għad jerġa’ lura kollox għan-normal?
DAQSHEKK QRIB U DAQSTANT DIFFERENTI!

Ħbieb tal-qalb kemm ilhom jiftakru. Komplementari wieħed lill-ieħorimma fl-istess ħin għalkollox differenti minn xulxin, kemm fid-dehrakif ukoll fil-karattru. Michael tifel bjond, b’natural kwiet, devot uġej minn familja ta’ klassi medja. Sieħbu Reginald, ismar, imqareb,marbut mal-affarijiet tad-dinja u b’familja mixħuta fin-negozju.Rabta qawwija imma li kienet iddestinata tinfired għal żmien u waraterġa’ tissokta. Imma għad jerġa’ lura kollox għan-normal?

ID-DESTIN TAGĦNA HUWA DAK LI HU

Minkejja d-diversità fil-klassi ta’ ħajja, l-għaqda straordinarja bejn iż-żewġ familji kienet ilha minsuġa flimkien għal aktar minn żewġ sekli. Imma mhux kull ma jleqq hu deheb! F’daqqa waħda l-ġenituri ta’ Reginald bdew iġibu ruħhom b’mod mhux tas-soltu. Xi ħaġa fil-passat tal-familja ta’ Michael kienet tinxtamm tinten. X’kienu qed jagħmlu moħbija f’qiegħ ta’ kexxun, medaljun stramb u struzzjonijiet ambigwi miktuba fuq karta mtertqa biż-żmien? Min kien dak ir-raġel misterjuż li ta’ sikwit jidher iħuf fil-viċinanzi ta’ wieħed mill-adolexxenti?

WASAL IŻ-ŻMIEN LI TOĦROĠ IL-VERITÀ

Qatt ma tkun taf x’hemm lest jistenniek wara l-kantuniera. L-għawġ li laqat għal għarrieda, kisser familja minnhom għalkollox. Għalkemm il-fidi ta’ wieħed miż-żgħażagħ u l-għajnuna ta’ sieħbu taffiet xi ftit mit-tbatija, xorta waħda bil-mod il-mod beda jitħejja pjan li kien ilu maħsub żmien twil, fejn nagħġa innoċenti riedet tmur issib it-triq minn ġo għar mimli lpup imġewħa!

Additional information

Weight 650.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 431
ISBN 978-99957-20-60-5
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995720605 Categories:

You may also like…