Id-Debħa tal-Fejqan

978-99932-0-775-7
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Il-marda tal-kliewi hija marda qerrieda, u jekk din tinfexx fuq tifla fl-ewwel snin ta’ ħajjitha, bħal ma ġarrbet Grazzjella f’din l-istorja, il-mewt fl-aħħar tispiċċa biex taħfinha taħt difrejha. Kien hemm haġa waħda biss li setgħet issalvaha –it-trapjant, u ommha Marija tat kull minuta ta’ ħajjitha biex tiksibulha. Irnexxielha? Minn xiex għaddiet biex tfittxilha donatur? Kif il-Mafja deffset denbha f’dit-tfittxija biex tivvendika ruħha minn Pippo, il-maġistrat, ir-raġel ta’ Marija, li kien qed jagħmlilha tant ħsara biex jeqridha? U għala Marija kellha tgħaddi minn ingara sħiħa biex tipprova ssalva lil bintha mill-mewt, kollha waħidha, għax żewġha bir-rettitudni kollha tiegħu kellu dellu tqil bħala maġistrat? Kif il-ġustizzja ħallsitha ta’ xogħolha? Kif ħallset lil Pippo fil-ħerqa tiegħu biex jeqred lill-Mafja, li għamlet dil-ġrajja tant imwiegħra? L-għan ta’ Marija kisbitu biex teħles lil bintha mill-qrusa li kienet qed iġġarrab mit-tiġrija kiefra ta’ bejn id-deterjorament progressiv ta’ saħħitha u l-kilba kontinwa ta’ qtigħ il-qalb għat-tfittxija ta’ donatur għat-trapjan biex isalvaha?

Dan kollu niskopruh bil-qari ta’ dar-rakkont, u narawh jiżvolġi ruħu ċar quddiem għajnejna bħal meta naraw l-istampi tat-tertuqa fuq liżar, waqt li naraw l-involviment tad-dabħa –id-debħa tal-fejqan.

Additional information

Weight 550.0000 g
Dimensions 21.0 × 14.5 cm
Publisher
Pages 423
ISBN 978-99932-0-775-7
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789993207757 Categories: