Xandru miżżewweġ u Gay

978-99932-0-633-0
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Meta Xandru ċempilli u qalli biex immorru naraw film flimkien kont eċitata ħafna. Meta qalli li miegħu kien se jkun hemm David, assumejt li se jġiblu sieħba għal miegħu ukoll. Meta ġew għalija bil-karozza u bqajna sejrin dritt lejn iċ-ċinema u ma konna ġibda l-ebda tfajla oħra magħna, irrealizzajt li konna se nkunu biss it-tlieta li konna. Xandru poġġa bejn David u bejni. Waqt il-film Xandru qabadli idi. Qatt ma kien wasal s’hawn qabel. Xandru kien qed jieħu gost bil-film, jien kont qed nieħu gost b’Xandru. David la kien qed jieħu gost bil-film u wisq probabbli l-anqas ma kien qed jieħu gost bil-fatt li hu ma kellu l-ebda id ħaddieħor x’jaqbad. Wiċċ Xandru kien ħaj, assorbit kif kien b’dak li qed jara jseħħ quddiemu; wiċċ David kien mejjet: la kien qed jinteressah dak li kien qed jara quddiemu u lanqas ta’ ma ġenbu.

Additional information

Weight 280.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 312
ISBN 978-99932-0-633-0
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789993206330 Categories: