Dun Kixott mill-Manca ta’ Mikiel de Cervantes Saavedra

Versi ta' Pawlu Montebello inċiżjonijiet ta' Gustave Doré

9789993217411
Hardback

In stock

Description

Fl-1962 Pawlu Montebello xtara verżjoni tar-rumanz ta’ Cervantes f’għamla ta’ għanjiet, Don Quijote de la Mancha: en romance (1953),u tħajjar jikteb verżjoni versifikata hu wkoll bil-Malti. Kienet sfida kbira, għax ir-rumanz ta’ Cervantes għandu vuċi letterarja b’saħħitha u l-ġrajjiet li jirrakkonta joqogħdu tajjeb għall-forma u r-ritmu tal-proża.

Montebello jittrasforma dan ir-rumanz pikaresk fantastiku, imnebbaħ mill-letteratura medjevali. f’versi li jevokaw il-parodija tal-protagonista mingħalih kavallier eroj li fl-imtieħen jara l-mostri  tal-ħażen li jheddu anki lil Dulċinea del Toboso, il-maħbuba imaġinarja tiegħu.

Dan il-ktieb bl-inċiżjonijiet ta’ Gustave Doré, qed jara d-dawl f’għeluq l-400 sena mil-mewt ta’ Cervantes (1547-1616).

Additional information

Weight 1300.0000 g
Dimensions 24.5 × 17.0 cm
Publisher
Pages 688
ISBN 9789993217411
Cover
Year of publication

Product categories and tags