Description
Ħjiel mill-Istorja ta’ Malta
Wara li r-Rumani bnew belt f’Malta, sejħulha biss Civitas Malitae. Baqgħet l-istess sa żmien il-Biżantini. L-Għarab bnew fuqha belt iżgħar u sejħulha ‘l-Imdina’. Għamlulha żewġ bibien: wieħed prinċipali li minnu kienu jgħaddu s-sinjuri Għarab; l-ieħor żgħir li minnu kienu jgħaddu l-ilsiera Nsara. Meta ġew il-Kavallieri, l-Imdina ma baqgħetx il-belt ta’ Malta. Fl-1724, il-Gran Mastru de Vilhena bidel iż-żewġ bibien tal-Imdina. Imma, l-ebda wieħed mill-bibien ma bidillu ismu. Il-bieb ewlieni baqa’ jissejjaħ ‘Bieb l-Imdina’ u l-bieb t’isfel, jew ‘Bieb il-Għarreqin’ jew ‘Bieb il-Griegi’. Imma x’hemm wara dan l-isem …
Leġġendi Maltin