Mill-Praspar ta’ Fredu L-Fra

978-99932-17-35-0
Hardback

In stock

Description

MILL-PRASPAR TA’ FREDU L-FRA huwa ġabra ta’ stejjer ambjentati f’Malta dwar bniedem simpatiku li, wara ħajja xi ftit jew wisq imtajra, jissieħeb ma’ għadd ta’ patrijiet miġbura f’kunvent. Il-praspar ta’ Fredu l-Fra ma jonqsux hekk kif, minkejja r-rieda tiegħu li jgħix ħajja tajba, mingħajr ma jrid isib ruħu f’bawxata wara l-oħra.

Fil-kunvent ta’ Ħal Ħemda jiltaqa’ ma’ għadd ta’ patrijiet li kollha kemm huma jkunu jħobbuh. Huma wkoll ikunu mimlijin difetti bħal ngħidu aħna: Patri Piet, li jiekol kemm jiekol dejjem iħossu fjakk u żaqqu battala, Patri Ġilorm, lablabi, moħħu f’ħaddieħor u jilħaq salib l-oħrajn, Patri Pupul, imbulmat bin-nervi, kollox jagħmel bi kbir u warrab rasek meta taqbiżlu, u Patri Gwardjan, kburi u mimli bih innifsu u maħkum mis-suppervja.

Imma Fredu, li madwaru jinbnew l-avventuri kollha, minkejja l-ħeġġa li jibdel ħajtu, isib ruħu jwettaq avventura wara oħra, jew aħjar, bużullotta fuq oħra li jdommu ħajja mimlija sorpriżi li tieħu gost issegwi.

Dan hu ktieb għal min jogħġbuh is-sorpriżi, il-kummiedji u, fuq kollox… iħobb jitbissem. Meta tiltaqa’ mal-karattru ta’ Fredu l-Fra, żgur li ma tinsieh qatt aktar!

Additional information

Weight 910.0000 g
Dimensions 30.5 × 21.5 cm
Publisher
Pages 112
ISBN 978-99932-17-35-0
Cover
Year of publication

Product categories and tags