L-Għarusa tal-Mosta

mis-sensiela 'il-leġġenda ta'"

9789990975741
Paperback

In stock

Description

Ħjiel mill-Istorja ta’ Malta

Ħbit tal-furbani Misilmin fuq il-Mosta

Fl-1526 il-kursar Mislem Sinan ħabat għal għarrieda fuq il-Mosta. Il-Maltin dakinhar ma stennewhomx. Uħud minnhom kienu għall-festa tat-tieġ ta’ bint wieħed nobbli mir-raħal, oħrajn kienu reqdin u l-biċċa l-kbira bla armi. Għalhekk, ħafna minnhom ġew maqbuda u meħuda lsiera lejn il-Barberija. Fost in-nies maqbuda kien hemm l-għarusa, niesha, u xi ħaddara. Ftit wara għadd kbir minn dawk maqbuda kienu ġew mifdija, imma kienu tħallsu għalihom somom kbar ta’ flus tant li jingħad li fil-Mosta għal bosta snin wara ma kontx tilmaħ għajr niket u faqar.

Maż-żmien din l=istorja saret leġġenda u fl-1878 Ġużè Muscat Azzopardi kiteb rumanz fuqha. Fl-1904 Annibale Preca ħareġ ukoll il-ballata tagħha fil-ktieb tiegħu Malta Cananea.

Leġġendi Maltin

Additional information

Weight 40.0000 g
Dimensions 18.5 × 11.5 cm
Publisher
Pages 16
ISBN 9789990975741
Cover
Year of publication
Note disinji: George Apap

Product categories and tags