Il-Madonna taż-Żejt

mis-sensiela "il-leġġenda ta'"

99909-75-75-2
Paperback

In stock

Description

Ħjiel mill-Istorja ta’ Malta …tal-Knisja taż-Żejt fl-Għarb

Id-dokumentazzjoni tal-inħawi tal-Għarb fi żminijiet bikrin hija skarsa ħafna. L-għaks u l-faqar ma tantx kienu ħajru nies lejn dawk in-naħiet u għajr għal xi fdalijiet ta’ għorof żgħar ftit hemm ħjiel tal-bniedem qabel is-seklu ħmistax. Jidher, iżda, li għal tarf is-seklu sittax, il-kappella tal-Madonna taż-Żejt kienet diġà teżisit. Kienet knisja żgħira, aktarx immermra bis-snin, u għalhekk fl-1657 ikkundannata mill-Isqof Balaguer. Inbniet mill-ġdid ftit tas-snin wara, u bejn l-1679 u l-1727 serviet ta’ parroċċa għar-raħal tal-Għarb. Il-kwadru titulari jirrappreżenta ż-żjara ta’ Sidtna Marija lil Santa Eliżabetta u kien ġie impinġi fl-1651. Il-fonti batteżimali kien qabel fil-Katidral l-antik tal-Imdina.

 

Additional information

Weight 50.0000 g
Dimensions 19.0 x 11.5 cm
Publisher
Pages 16
ISBN 99909-75-75-2
Cover
Year of publication
Note disinji:George Apap

Product categories and tags