Ix-Xorti ta’ Ħasan

mis-Sensiela "il-leġġenda ta'"

99909-75-99-X
Paperback

In stock

Description

Ħjiel mill-Istorja ta’ Malta

Għar Ħasan jinsab fl-irdumijiet fix-Xlokk tal-gżira, ftit ‘l bogħod minn Birżebbuġa. It-triq għalih mhix xi waħda tqila biex issibha. Bix-xarabank tasal malajr minn Birżebbuġa u twasslek sa kważi tarf it-taraġ tiegħu. Qiegħed fix-xifer tal-irdum imsejjaħ ‘tal-mara’ xi mitt metru ‘l fuq minn wiċċ il-baħar. Illum fid-daħla tiegħu hemm passaġġ tal-ġebel. Fl-imgħoddi wieħed kien ikollu jixxabbat biex jidħol fih.

L-għar fih żewġt iħluq kbar, wieħed jaqbad mal-ieħor permezz ta’ passaġġ twil madwar 400 metru. L-ewwel ħalq hu ta’ xi 40 metru kwadru waqt li l-ieħor, li jibqa’ nieżel xi 70 metru ‘l isfel, hu xi ftit iżgħar.

Additional information

Weight 50.0000 g
Dimensions 18.5 x 11.5 cm
Publisher
Pages 16
ISBN 99909-75-99-X
Cover
Year of publication
Note disinji: Cosimo Musio

Product categories and tags