Il-Ħaġra ta’ Sansuna

mis-sensiela "Leġġendi Maltin"

99932-7-001-6
Paperback

In stock

Description

Ħjiel mill-Istorja ta’ Malta

Fi Żmien il-Bronż, jiġifieri bejn 2500 sena u 800 sena QK., kienu jgħammru fi gżiritna nies ta’ razza oħra minn dik ta’ qabel. Aktarx ġew mill-Italja t’isfel. Il-ħiliet tagħhom fil-bini kienu bħal ta’ dawk li għexu f’dawk l-inħawi. Jingħażel l-iktar fost dan il-bini d-dolmen.

Id-dolmen qisu mejda kbira tal-ġebel samm. Mhix akbar minn metru u nofs b’metru u għoli mill-art madwar metru u nofs ieħor. Binja sempliċi. Magħmul minn xriek wieħed kbir fuq imwaqqaf fuq il-ġnub b’ġebliet oħra kbar weqfin.

Skond xi arkeologi dan kien marbut ma’ kulti tad-dfin. Fih, iżda, ma deher l-ebda ħjiel dwar hekk. U la għadam jew fdalijiet oħra tal-bniedem u lanqas fuħħar li kellu x’jaqsam mad-dfin tagħhom. Il-bċejjeċ ta’ bwieqi li nstab fid-dolmen ta’ Wied Moloq (Żurrieq) u Ta’ Ħammut (Naxxar) juru, iżda, li ġejjin minn żmien iċ-Ċimiterji ta’ Ħal Tarxien.

Hemm bosta dolmen imxerrdin mal-gżejjer kollha. Fuq Ta’ Ċenċ f’Għawdex qrib il-Borġ ta’ l-Imramma għadhom jidhru għadd minnhom. U ukoll fix-Xagħra, ħdejn Ġnien Imrik hemm il-Ħaġra ta’ Sansuna.

Leġġendi Maltin

Additional information

Weight 50.0000 g
Dimensions 19.0 × 11.5 cm
Publisher
Pages 16
ISBN 99932-7-001-6
Cover
Year of publication
Note disinji: Cosimo Musio

Product categories and tags