Description
Il-Baruni Ta’ Hal-Qormi
Ninsabu Ħal Qormi fi żmien il-Gran Mastru Pinto li ħajruh għall-festa ta’ San Ġorġ biex jitolbuh il-gieħ ta’ Città Pinto. Il-Baruni ma jridux ‘l hemm għax jidhirlu li hu biżżejjed għal Ħal Qormi. Imma f’wiċċu jibqa’.Imperia Elena Desos, l-għarusa tal-Baruni, għaddiet minn ġrajja kerha bil-Bażugri miġbud lejha. Hamm l-istorja ta’ ċurkett imqareb, b’żewġ Kapuċċini jgħinu ‘l min kellu bżonnhom. Naraw x’se jiġri mill-Farfett, Lorenza, Imperia, l-ilsiera u fuq kollox mill-Baruni li fl-aħħar jieħu deċiżjoni li tbiddel l-istorja għall-kollox.
L-Irvell Tal-Qassisin
Dun Gejt Mannarino, li kellu xi jgħid sewwa mal-Isqof tiegħu, u l-Kavallier De Stef jirrapreżentaw il-ġlied ta’ bejn il-Maltin u l-kavallieri. F’dir-‘Rewwixta tal-Qassisin’, Mannarino kein megħjun mill-Baruni Baskal Barbone, silfu, u oħrajn, imma meta talab l-għajnuna ta’ Maltin oħra ma sabhiex. Kris u Mina jlewnu r-rumanz b’imħabba żagħżugħa, l-aktar meta Mina ltaqgħet ma’ Napuljun li wara ħeles lil Mannarino mill-ħabs. Matul ir-rumanz, iben il-Baruni jikteb djarju minn fuq felukka ta’ dak li jkun qed jiġri Malta. Dad-djarju jsir wieħed mill-karattri ta’ dar-rumanz.
Dell Napuljun Fuq Malta
Hompech tħabbeb ma’ Ħaż-Żabbar bl-għotja ta’ ‘Citta Hompesch’ u bid-devozzjoni tiegħu lejn il-Madonna. F’Ħaż-Żabbar, Karmenista u binha Abel, iben ukoll Hompesch, kellhom Ospizju għall-Pellegrini. Ġlieda bejn Bosredon u Abel min minnhom jinħabb mas-soru Hildegarde, li l-inkwiżizzjoni ordnat li tinħaraq ħajja quddiem is-Santwarju. Wara li Abel jispara fuq Bosredon li kien qed jerfa’ fl-istatwa ta’ San Pawl tal-Belt, Hildegarde, li issa kienet ħarġet minn soru, tiżżewweġ lil Abel. Abel wassal ‘il missieru Hompesch sal-Port il-Kbir. Hemm jiltaqa’ ma’ Bosredon u jarmilu l-kukkarda tricolore ‘b-baħar.