Description
Il-Misterji tal-Wardija: It-Tieni Ktieb
Josè jinsab ikkatenat il-ħabs wara li attakka lill-Kavallier Oriot li ried joħodlu lil Elena, b’martu. Xurban, Oriot jinqatel fi dwell ma’ Elena. Mingħalih li kien iddwella mal-Kavallier Vergilio, li stiednu għad-dwell. Missier Elena, xurban ukoll, jagħmilha ta’ parrinu għal Oriot. Mingħalih spara fuq Vergilio. Minflok jolqot lil bintu stess. Ġan Nikol Dikler, li sar jaf li Josè u David huma wliedu jasal lura Malta bħala Markiż. Miegħu jasal Viskonti, jiġi minnu. Jirnexxilhom jeħilsu lil Josè mill-mewt. L-Aħrax jistqarr ma’ Leonilda, min kien tabilħaqq.
Elena tispiċċa tmur tgħix għand il-Kontessa Leonilda u Josè jwegħidha li jfittxilha lil binha misruq. Insiru nafu min ikunu Abdul, is-serv fidil tal-Kaptan David; Ghita, li kienet l-assistenta ta’ Elena u ċ-ċkejken Ġorġinu, li issa, li l-Konti nsteraqlu ibnu li lagħab, qed iħares lejh bħala ibnu.
Sadattant, il-Benestant Theuma għadu tal-fehma li bintu Elena ma tiżżewwiġx lil Josè. Għalhekk l-intriċċi jkomplu jiżegħdu.