Il-Misterji Tal-Wardija – Triloġija

Leonilda , Josè and Dolores

978-99957-33-39-1
Paperback

Out of stock - Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Min jisraq tarbija ta’ sentejn, waqt li missierha jkun qed jilgħab il-logħob tal-azzard ma’ rġiel oħra, f’razzett fit-telgħa tal-Wardija? Kif ħadd ma sab irkaptu ta’ x’sar minnu dan it-tifel għal snin twal li għaddew minn fuqu? U x’jinsteraq aktar lil-lagħaba, li jkun hekk ta’ ħtieġa għall-Balliju de Leon?
Min hu tabilħaqq il-‘Miju Mekkek’ tal-Gran Mastru, bniedem xejn ħelu li l-kavallieri jirreferu għalih bħala l-Aħrax? Sa mill-bidu tar-rumanz, dan il-persunaġġ juri fid-dieher li jkollu mibegħda kbira lejn il-Kontessa d’Alarcon u wisq aktar għal Ġann Nikol Dikler, raġel xiħ, tallab. Għaliex? Dawn it-tnejn min-nies ikunu qed jostru personalitajiet differenti, li jagħġnu l-istorja ma’ kull kapitlu li jgħaddi. Fil-kariga tiegħu, l-Aħrax iwettaq kulma jaħseb li jkunlu ta’ ġid għalih innifsu u jżomm numru ta’ nies madwaru biex jgħinuh f’dak kollu li jkun jeħtieġ. Mill-banda l-oħra, Ġann Nikol iwiegħed lill-Kontessa li beħsiebu jgħinha u jaħdem biex tikseb mill-ġdid lil binha maħtuf.
Wieħed min-nies imħaddma mill-Aħrax ikun Josè, ġuvni li aktar qabel kien mibgħut bħala qaddief fuq ix-xwieni, għax ikun ħabb lil Elena, bint Benestant li ma ridux iħares lejn bintu. Iżda bejniethom, Josè u Elena jkunu taw qronfla bħala wegħda ta’ mħabbithom. X’jiġri minnha din il-qronfla? U min jitfa’ ħarstu fuq Elena, bil-barka ta’ missierha? X’odju jinbet bejn dan il-ġuvnott u Josè? U fil-verità min ikun Josè?
Josè jintefa’ l-ħabs għax ikollu xi jgħid ma’ dak li jkun irid joħodlu lill-maħbuba tiegħu u li jlissen kliem ta’ disprezz għalih u għaliha. Fil-ħabs, Josè jwettaq affarijiet li ma kinux mistennija minnu, għalhekk, jitressaq quddiem il-kbarat. Instab ħati? U jekk iva, x’se jsir minnu?L-Aħrax isir jaf li Malta se jasal bix-xini tiegħu l-Kaptan David Dikler, iben Ġann Nikol, li tant ma kienx jaħmel. Lil dan irid jaħtfu taħt idejh u jitfgħu l-ħabs. Kif iħaddem il-pjani tiegħu biex jirnexxi fi ħsiebu? Jidħol fix-xena s-serv fidil tiegħu Abdul, li lil David ma jħallih qatt waħdu. Iżda dan Abdul ukoll isib li kellu min jiġi minnu f’Malta. Għandu lil ommu u lil ibnu, li qed jgħixu indipendentement. X’ħajja kienu qed iqattgħu hawn, bla ma jafu lil xulxin? U ma’ min qed jgħixu?
Elena tiġġiegħel tiżżewweġ lill-bniedem li jagħżlilha missierha, iżda ssib raġel ieħor, kavallier, li wara li jsir jaf bl-istorja kollha ta’ mħabbitha, ifittex u jsib skop biex jistieden lil dan it-taparsi maħbub ta’ Elena għal dwell. Iżda min ikun tabilħaqq l-isfidant fid-dwell? U min imut?
Meta Ġann Nikol Dikler, li jkun telaq minn Malta, jirritorna fuq ix-xini ta’ ibnu flimkien ma’ Viskonti jiġi minnu, jisimgħu l-qniepen tal-forka jdoqqu. Imorru fil-post biex jaraw tiġi esegwita s-senteza. Lil min isibu se jħalli ħajtu fuq il-forka? Għandu xi konnessjoni ma Ġann Nikol? Tgħid ikun hemm xi ħadd li jsalva lill-ikkundannat minn ħalq il-mewt? U kif u għaliex Ġann Nikol Dikler ġie minn barra b’titlu nobbli?
Dolores, bint il-Kontessa d’Alarcon, tiltaqa’ u tinġibed lejn Roberto, li qed jistudja għal tabib u li hu t-tifel ta’ Melchiorre Seralta, saħħar u Markiż ta’ Sandoval, li jkun ġie Malta flimkien ma’ martu. Dan jibda jimmanipula ħsibijietu man-nies li kienu qdew sew lill-Aħrax u jtennilhom li l-Aħrax għadu ħaj. Darba minnhom, il-Konti u l-Markiż ikollhom xi jgħidu u jisfidaw lil xulxin għal dwell bil-pistoli. Il-Konti jisfa ferut… imma min isalvah? Meta l-Konti jsir jaf min kien dak li salvah, x’jgħamel?  Minn xiex tgħaddi bintu Dolores? Madankollu, l-imħabba safja bejn Dolores u Roberto ssib intopp li ġġegħilhom jinsew lil xulxin. Għaliex?
U l-istorja tal-Misterji tal-Wardija, li tinbet, titkattar u tissoda fuq delitt li kien sar ferm aktar qabel, u kien imdaħħal fih l-Aħrax, tkompli tiżvolġi sakemm kulħadd isir jaf min hu u kull wieħed u waħda, jaqbdu l-linja tagħhom, li jkun ippreżentalhom u ħejjielhom id-destin. Għal uħud, dak li jkun miktub għalihom hu s-sabiħ tal-ħajja; għal oħrajn hemm ċpar, niket u mewt!
Din it-triloġija hi storja li ġġiegħlek tkompli taqra minn ktieb għall-ieħor u toffri stampa ċara ta’ kif kienet Malta fi żmien il-kavallieri, b’pajsaġġi li għadhom bla mittiefsa sa minn dak il-perijodu tal-istorja ta’ Malta.

Additional information

Weight 1910.0000 g
Dimensions 21 x 14.8 cm
Publisher
ISBN 978-99957-33-39-1
Cover
Year of publication
Note LIMITED STOCK
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995733391 Categories: