Dolores – Il-Misterji tal-Wardija

978-99957-333-5-3
Paperback

In stock

Description

F’Malta jasal saħħar, li jieħu l-isem ta’ Melchiorre Seralta, Markiż ta’ Sandoval. Dolores, bint il-Kontessa Leonilda, tistaqsi lil Lorens, il-ġardinar tagħhom, fuq ġuvnott li jmur f’darhom ma’ Professur. Hu Roberto, bin in-nobbli Seralta, li qed jistudja għal tabib. Trid taf, għax kif tarah, tinġibed lejh.
Minħabba l-inkwiet li l-Kontessa taqa’ fih minħabba s-saħħar, il-Konti jmur jisbel għandu, u dak jisfidah għal dwell. Iben is-saħħar u Dolores, li jsiru jafu bid-dwell, imorru fil-post. Roberto jdewwi lill-Konti li jisfa ferut, u l-ulied jerġgħu jiltaqgħu mill-ġdid.
X’jiġri meta Dolores tinħataf mill-Franċiżi? Min isalvaha u min ifejjaqha mid-deni isfar? Min huma s-saħħar u Roberto? Naqraw ukoll xi jsir mill-Aħrax u l-protagonisti kollha. Finalment, Benjamino, it-tifel ta’ sentejn li l-Konti kien lagħab fir-razzett tal-Wardija, jerġa’ lura.

Additional information

Weight 580.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 414
ISBN 978-99957-333-5-3
Cover
Year of publication
Note Il-Misterji tal-Wardija

Product categories and tags

SKU: 9789995733353 Categories: