Katina Eterna

Eugenio u Giuliana (I)Tilde u Mario (II)

978-99957-337-6-6 / 7-3
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Eugenio u Giuliana (I)

X’jiġri minn Giuliana, tfajla ltima, li taħrab mingħand min rabbieha u tinġabar f’Turin, mill-koppja Franchino, li ma jkollhiex tfal. U għaliex meta tiżżewweġ lir-raġel li tħobb, fl-ewwel lejl taż-żwieġ issib lilha nnifisha kollha demm u lil żewġha ma ssibux? Xi tkun ir-raġuni għal dan kollu?
Insiru nafu li fi xbubitha, Giuliana jkollha tifla, li tabbandunaha, waqt li lil missier it-tarbija tgħidlu li mietet. Iżda kemm jemmen
il-missier din l-istqarrija u x’jasal jagħmel għall-verità?
U x’jiġri meta x-xbejba Tilde tasal għand Giuliana għal impjieg? Min ikun ix-xifajk li jrid iwaqqgħalha ġieħha u x’għajnuna jikseb minn Giuliana? Iżda bħas-soltu, għall-ħżunija jkun hemm it-tajjeb, għax raġel ieħor ikun attent u l-ħin kollu jsus warajha. Għaliex dan l-interess?

Tilde u Mario (II)

Għaliex minkejja li tinbet ġibda reċiproka bejn Tilde u Mario Romero, hi tibda tħobb liż-żagħżugħ sinjur Camillo Pozzo? X’jiġri meta  Tilde tmur biex tiġbor id-dokumenti tat-twelid tagħha biex issir l-għerusija u ż-żwieġ?
Il-kobba tibda tinħall. Min hu tassew Mario Romero, u x’għajnuna jistgħu joffru l-ħbieb ta’ Tilde – Delia u żewġha Pistola, li hu ditektiv?
Jinqala’ persunaġġ ieħor – Faustino, li suppost hu missier Tilde. X’ġara biex telaq mill-pajjiż fqir u rritorna sinjurun? U x’jasal jirrakkonta lil ‘bintu’ biex din tibda tarah b’lenti differenti?
U xi tmiem feliċi u ta’ diżgrazzja jiltaqgħu miegħu l-persunaġġi kollha li nsiru nafu matul dan ir-rumanz?

Additional information

Weight 1015.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
ISBN 978-99957-337-6-6 / 7-3
Cover
Year of publication
Note Eugenio u Giuliana (I) 448 Pages Tilde u Mario (II) 320 Pages

Product categories and tags

SKU: 9213803510046 Categories:

You may also like…