Description
Ninsabu Ħal Qormi fi żmien il-Gran Mastru Pinto li ħajruh għall-festa ta’ San Ġorġ biex jitolbuh il-gieħ ta’ Città Pinto. Il-Baruni ma jridux ‘l hemm għax jidhirlu li hu biżżejjed għal Ħal Qormi. Imma f’wiċċu jibqa’.
Imperia Elena Desos, l-għarusa tal-Baruni, għaddiet minn ġrajja kerha bil-Bażugri miġbud lejha.
Hamm l-istorja ta’ ċurkett imqareb, b’żewġ Kapuċċini jgħinu ‘l min kellu bżonnhom.
Naraw x’se jiġri mill-Farfett, Lorenza, Imperia, l-ilsiera u fuq kollox mill-Baruni li fl-aħħar jieħu deċiżjoni li tbiddel l-istorja għall-kollox.