Description
‘L-idea wara Il-Ħajja Mqallba taz-Zija Rhoda twieldet fis-snin ’70, imma nkiteb fis-snin ’80. Tliet elementi li jispikkaw f’kull rumanz ta’ Massa huma għeruq sodi ta’ realtà, immaġinazzjoni u dokumentazzjoni. Massa jemmen fis-sempliċità biex jifhmu kulħadd u biex jaċċerta ruħu li l-messaġġ jasal. Dan hu l-għaxar rumanz ta’ Alfred Massa. Huwa xogħol li għandu jintogħġob żgur minn min jixtieq jaqra storja interessanti, divertenti, mingħajr ħafna taħbil il-moħħ jew lingwaġġ li jdarras.’ – Patrick Sammut