L-Altruwista

978-99957-820-3-0
Paperback

Description

L-ALTRUWISTA hi ġrajja dwar ir-realtà tas-soċjetà Maltija fejn tidħol omofobija u diskriminazzjoni bażata fuq orjentazzjoni sesswali li tmur lil hinn min-normi dojoq u stabbiliti tal-istess soċjetà. Normi li huma aktar imsejsa fuq l-ipokresija milli fuq il-mentalità moralista li suppost tkun mibnija fuq twemmin bażiku ta’ konvinzjoni u tolleranza reċiproka.

 L-ALTRUWISTA joffri sfida kulturali kontra l-ġudizzju fatalista ta’ min jemmen li m’hemmx għażla, lok jew rispett lejn min hu kkunsidrat differenti mill-bqija. Ġudizzju kontra ħlejjaq li huma konxji mid-diversità sesswali li jħossu ġewwa fihom. Ħlejjaq, li l-emozzjonijiet tagħhom mhumiex imsejsa fuq regoli riġidi li jaqblu mal-kotra stereotipata. B’danakollu, dawn il-ħlejjaq hekk differenti, għandhom qalb li taf tħobb u tqim daqs kull qalb differenti oħra fl-istil t’orjentazzjoni tal-ħajja li jgħixu fiha.

Additional information

Weight 320 g
Dimensions 18.0 × 12.5 cm
Publisher
Pages 352
ISBN 978-99957-820-3-0
Cover
Year of publication
Author
Language Maltese

Product categories and tags

SKU: 9789995782030 Categories:

You may also like…