Il-Barbazzal

978-99957-46-98-8
Paperback

In stock

Description

Il-Barbazzal jeħodna f’mixja mżewqa sew bi ħwejjeġ li jkunu qed jiġru tassew fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Santa Rita kif ukoll b’fantasiji li jkunu qed jinħolqu f’moħħ it-tfajjel li hu l-karattru prinċipali. Is-silenzju u s-solitudni ta’ dan it-tfajjel jagħtu lok għall-kurżità u jqanqlu interess partikolari fil-karattri ta’ madwaru, li b’xi mod jew ieħor messew mal-barbazzal.
Il-mewta traġika li raha sseħħ minn ġo tieqa ċkejkna introduċietu  għall-ħażen  ta’ Leli l-Le u l-innoċenza tat-tifla ta’ Saverja s-Seksieka, filwaqt li għamlitu konxju kemm l-injoranza, bħal dik ta’ Iris, iġġib magħha tbatija żejda.
It-tfajjel jibqa’ jżomm f’qalbu l-misteru tal-mewta traġika u għal mument ħassu ħati għas-silenzju tiegħu.
Kif kien ser jgħaddi s-sajf sakemm jerġa’ jsib postu fuq il-bank tal-iskola u joqgħod iħares lejn it-tifla ta’ xagħarha iswed twil u b’għajnejha jleqqu?

Additional information

Weight 190.0000 g
Dimensions 21 x 14.8 cm
Publisher
Pages 126
ISBN 978-99957-46-98-8
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995746988 Categories: