Mark Calleja
Mark Calleja twieled fit-2 ta’ Diċembru 1972 u trabba ġewwa r-raħal ta’ Ħal Balzan. Sa minn età żgħira, Mark kien iħobb ħafna l-qari bil-Malti kif ukoll it-teatru. Minkejja li ħadem f’diversi impjiegi differenti, l-għaxar snin li għamel jaħdem mal-Media Centre Ltd bħala script writer u producer komplew jgħinuh jiżviluppa t-talent tiegħu f’dik li hi kitba. Minbarra diversi drammi teatrali li kiteb u pproduċa, kien hemm ukoll dawk televiżivi bħalma kienu s-serje five06, Marvin u Ħannieqa. Madankollu, l-iktar żewġ programmi li kien iffokat fuqhom għal diversi snin kienu Kurrenti u QalbinNies, fejn il-kitba kienet iddur mal-esperjenzi u stejjer reali tan-nies. Wara li Mark ingħata ċertifikat minn The Writers’ Bureau bħala pubblikatur, beda jaħdem iżjed fuq stili ta’ rumanzi, bl-ewwel wieħed ikun Il-Barbazzal. Bħalissa Mark qed jaħdem ukoll fuq serje ta’ kotba ta’ avventuri għat-tfal u jaħdem fil-qasam tal-gwida tal-karrieri fil-Kulleġġ San Injazju.
Showing all 3 resultsSorted by latest
-

Karma Red
Original price was: €7.95.€2.99Current price is: €2.99. Add to basket -

Gabriel
€3.00 Add to basket -

Il-Barbazzal
Original price was: €5.57.€2.99Current price is: €2.99. Read more
Showing all 3 resultsSorted by latest
