Description
Dun Gejt Mannarino, li kellu xi jgħid sewwa mal-Isqof tiegħu, u l-Kavallier De Stef jirrapreżentaw il-ġlied ta’ bejn il-Maltin u l-kavallieri.
F’dir-‘Rewwixta tal-Qassisin’, Mannarino kein megħjun mill-Baruni Baskal Barbone, silfu, u oħrajn, imma meta talab l-għajnuna ta’ Maltin oħra ma sabhiex.
Kris u Mina jlewnu r-rumanz b’imħabba żagħżugħa, l-aktar meta Mina ltaqgħet ma’ Napuljun li wara ħeles lil Mannarino mill-ħabs.
Matul ir-rumanz, iben il-Baruni jikteb djarju minn fuq felukka ta’ dak li jkun qed jiġri Malta. Dad-djarju jsir wieħed mill-karattri ta’ dar-rumanz.







