L-Eroj li ma kienx

Il-Ġrajja ta' Suldat Malti fil-Gwerra l-Kbira

978-99957-0-766-8
Paperback

In stock

Description

Fi Frar 2011 reġa’ ra d-dawl pakkett bi djarju u għadd ta’ ittri li kienu jappartjenu għal ċertu Kustanz Magro, suldat Malti fuq il-Front tal-Punent, fil-Gwerra l-Kbira.

Fuq barra kien hemm nota li tgħid –

Men make their own history – but they do not make it as they choose

Karl Marx

Meta faqqgħet il-Gwerra l-Kbira, fit-28 ta’ Lulju tal-1914, Kustanz Magro kien suldat fl-armata Ingliża. Kontra r-regolamenti u b’sogru kbir għalih, Kustanz kien baqa’ jżomm id-djarju. Minn kitbietu, mhux biss toħroġ deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet orribbli fuq il-Front, tat-taqbid u tal-mezzi mħaddma, imma joħorġu wkoll b’qawiethom kollha l-ħsibijiet u s-sentimenti tiegħu.

Mid-djarju u l-ittri ta’ Kustanz, flimkien ma’ dawk ta’ martu, ħuh u xi ħbieb minn tiegħu, tissawwar tapezzerija sħiħa ta’ ġrajjiet u emozzjonijiet – x’kien qiegħed jiġri fuq il-Front, u x’kien għaddej f’Malta matul dawk is-snin imqallba.

X’ħass u ħaseb Kustanz li seta’ jindarab jew jinqatel minn ħin għall-ieħor; bogħod minn martu, minn uliedu, minn ommu, missieru u ħutu? X’għamel meta ma’ sħabu mar f’burdell f’Le Havre? Kif beda jġib ruħu f’dawk iċ-ċirkostanzi straordinarji? It-twemmin Nisrani tiegħu baqa’ bħalma kien? Minn xiex kienu għaddejjin niesu u ħbiebu? X’konsegwenzi ħorox tista’ tikkawża l-firda bejn il-maħbubin, il-qraba u l-ħbieb?

L-EROJ LI MA KIENX

joffrilek dehra ħajja tal-qagħdiet miżerabbli fuq il-Front matul il-Gwerra l-Kbira, u ta’ Malta f’dawk iż-żminijiet. Dan il-ktieb ifakkar f’dak li għaddew minnu b’tant tbatija u swied il-qalb għadd ta’ Maltin u barranin mitt sena ilu,

Additional information

Weight 280.0000 g
Dimensions 21 x 14.8 cm
Publisher
Pages 246
ISBN 978-99957-0-766-8
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995707668 Tags: