Id-Djarju ta’ darba f’sena

978-99957-38-60-0
Paperback

Out of stock - Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Omm Kaymee tagħmel patt. Fid-djarju tagħha, tista’ tikteb biss darba f’sena. U kull sena tagħżel l-istess ġurnata partikolari.

Fiha tesprimi l-ħsibijiet u l-osservazzjonijiet tagħha rigward dak li jkun qed jiġri matul il-jum, kif ukoll xi ġrajjiet sinifikanti li għexet fil-passat, uħud li hi kburija bihom, oħrajn li xtaqet li seħħew b’mod differenti. Niltaqgħu ma’ mumenti ta’ ferħ, niket, sodisfazzjon, qtigħ il-qalb, u sentimenti oħra li taf toffri l-ħajja. Matulhom, naraw kif omm Kaymee tipprova tgħaddi prinċipji importanti lil bintha matul is-snin. Fl-istess ħin, l-awtriċi tad-djarju toħloq kritika lil diversi oqsma fis-soċjetà, li jaffettwaw direttament lil kull ċittadin f’pajjiżna.

Liema ġurnata tagħżel l-awtriċi tad-djarju biex tikteb fiha? X’inhu eżatt dan il-patt, li dam għaddej ħdax-il sena? Kif jispiċċa? Taqbel mal-kritika tal-awtriċi? U fuq kollox, jirnexxilha omm Kaymee tnissel f’bintha l-valuri li taħseb li huma tajbin għaliha?

Additional information

Weight 100.0000 g
Dimensions 17.0 x 12.0 cm
Publisher
Pages 102
ISBN 978-99957-38-60-0
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995738600 Categories: Tags: