Id-Deffien taċ-Cimiterju

Ġabra ta' Stejjer tal-Biża'

97899187212705
Paperback

Description

Ġabra ta’ Stejjer tal-Biża’

Din il-ġabra ta’ disa’ stejjer sejra tmexxikom lejn postijiet li qatt ma tixtiequ tmorru fihom, fejn tiltaqgħu ma’ nies u ħlejjaq li allaħares ikollkom tħabbtu wiċċkom magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Fost dawn insibu vampiri, nies ħżiena, tfal milquta minn kundizzjoni misterjuża u qattiela.

Imbagħad insibu lil dawk li jagħmlu ftehim bejniethom biex iwettqu att kriminali li jispiċċa ħażin. L-effett ta’ dan jibqa’ jiġri warajhom sakemm ma jkunux jifilħu aktar it-toqol tal-waħx li jaqa’ fuqhom ma’ kull pass li jagħtu.

Il-ħolm ukoll inissel il-biża’ f’min f’ħajtu jkun ħabb iżżejjed lil mara li mietet mewta traġika u baqa’ jimxi warajha sakemm ħajtu tnin u jerġa’ jiltaqa’ magħha… imma mhux fil-ħolm ta’ matul il-lejl.

It-tifla tax-xitan ukoll tixref rasha f’dawn l-istejjer u ġġib biża’ u taqtigħ il-qalb għal min ikollu x’jaqsam magħha. Min jista’ jiqfilha kreatura bħal din li għandha s-setgħa li teqred lil kull min jipprova jwaqqaf l-iskopijiet malinni tagħha?

U x’kienet dik id-difna stramba li għamel id-deffien taċ-ċimiterju? Kien difen bosta katavri f’xogħlu imma kien hemm wieħed partikolari għal qalbu…

Novelli

Additional information

Weight 380 g
Dimensions 21.1 × 14.5 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 268
ISBN 97899187212705

Product categories and tags

You may also like…