Ta’ Barra Minn Hawn

Ir-Razza u r-Radika fil-Letteratura Maltija

978-99932-7-354-7
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Din il-ġabra ta’ kitbiet taf il-bidu tagħha lil seminar li organizzat l-Akkademja tal-Malti dwar ir-rabta bejn ir-razza u l-kultura. Il-kontribuzzjonijiet f’dan il-volum inkitbu minn akkademiċi minn oqsma differenti ta’ studju, bħal-letteratura, l-arti, il-filosofija, l-istorja, is-soċjoloġija u l-etika. Ilkoll huma tentattiv biex tinftiehem din l-identita` f’relazzjoni mal-ieħor, il-barrani, kemm jekk ikun għadu, immigrant jew inkella turist. L-eżempji huma meħuda l-aktar mil-letteratura, imma hawn ukoll eżempji minn oqsma oħra tal-kultura. Id-diskors dwar xogħlijiet kanoniċi bħal Il-Ġifen Tork ta’ Ġananton Vassallo, Taħt Tliet Saltniet ta’ Ġuże` Aquilina u l-ġurnaliżmu ta’ Manwel Dimech bl-ebda mod m’għandu jiftiehem bħala sforz biex dawn il-kittieba jitneħħew minn fuq il-pedestall tagħhom iżda biex jintwerew bħala bennejja tal-mudelli tal-ħsieb dwar l-identita` tal-Maltin li kienu fundamentali tul l-aħħar mitt sena. L-għan aħħari hu li dan il-volum jinforma l-mod kif naħsbuha dwarna nfusna u dwar “l-oħrajn”, żewġ kategoriji li għandhom mnejn huma aktar fuwidi milli rridu nammettu.

Additional information

Weight 265.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 188
ISBN 978-99932-7-354-7
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789993273547