It-Tfajla tat-Tempju

9789995767341
Paperback

In stock

Description

Eric iqatta’ l-vaganzi tas-sajf għand Marco u oħtu Margaret fid-dar tagħhom taħt irdum. Marco jistqarr li wara panew fil-librerija kien skopra xi għerien. 
 
Bis-saħħa ta’ piramida li sab f’għar minnhom kienu jmorru lura fil-passat. It-tliet żgħażagħ bdew isibu ruħhom fi rħajjel f’Malta ta’ 4,500 sena ilu. Kienu jsiru inviżibbli u setgħu jaqraw il-ħsibijiet ta’ ħaddieħor.
 
B’dawn il-ħiliet huma jintebħu li Vanki, it-tfajla tat-tempju, kienet kontra l-ftehim ta’ missierha u x-Xaman biex tiżżewweġ lil ibnu Kadu, għax kienet tħobb lil Bitka. 
 
Ix-Xaman jagħmel minn kollox biex tgħaddi tiegħu. 
 
Għalkemm kienu konxji li kien hemm perikli kbar tul dawn il-vjaġġi fiż-żmien, Marco, Margaret u Eric kienu jistennew b’ħerqa kbira l-vjaġġ li jmiss.
 
Jirnexxilha Vanki tiżżewweġ lil Bitka?
 
Kif tinbidel ħajjet iż-żgħażagħ sa tmiem dak is-sajf?
 

Additional information

Weight 230.0000 g
Dimensions 20.8 x 14.7 cm
Publisher
Pages 160
ISBN 9789995767341
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789995767341 Categories: Tags: