Ħjut

9789995775476
Paperback

In stock

Description

Dawn l-istejjer donnhom jitfaċċaw mal-għabra, bħat-tifla żgħira li kienet titfaċċa ġo sħaba trab jiżfen u terġa’ tgħib minn ġo fiha kif ġiet.

In-narratriċi tosserva r-riħa u l-għeja ta’ ġakketta tal-ġild.
U l-kutra taz-zija, li ngħalqet ġo dar battala, tibqa’ xxewwek…

Kull familja għandha l-kaxxa tas-sigrieti tagħha. Jekk tinżamm magħluqa, is-sigriet jibqa’ mistur. Anke Julie żammet ir-relazzjoni tagħha mal-boss mistura. Biss, tibqa’ xxomm ir-riħa tal-kannella li tħobb tuża martu fit-torta tat-tuffieħ.

Hemm tfulija li ma komplietx, tfal li jemmnu fis-sireni u oħrajn li jieħdu gost jaraw id-dinja ddur bihom.
Dawn ir-rakkonti jfakkruna li l-arloġġ ma jerġax lura.
Madankollu, il-faxxinu tal-aktar affarijiet sempliċi madwarna u l-fantasija għadhom jixegħlu fil-kitba tal-awtriċi.

Din hija t-tielet ġabra ta’ stejjer qosra mill-pinna ta’ Rita Saliba.

Additional information

Weight 230 g
Dimensions 20 × 13 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995775476
Pages 186

Product categories and tags

SKU: 9789995775476 Categories: