Mewt go Venezja

9789995775391
Paperback

In stock

Description

Aktar tard, Tadzio kien mimdud fuq ir-ramel jistrieħ mill-għawma tiegħu, imkebbeb fil-kappott tal-baħar tiegħu abjad li ġibed sa taħt spalltu l-leminija, u jserraħ rasu fuq driegħu għeri; u wkoll waqt li Aschenbach ma kienx qed iħares lejh, iżda kien jaqra xi ftit paġni mill-ktieb tiegħu, u kellu biss idawwar kemmxejn rasu lejn il-lemin biex jilmaħ għal darb’oħra quddiemu dik id-dehra ammirevoli. Kważi deherlu li kien minsub hawn bl-iskop li jipproteġi lit-tifel nofsu rieqed – imħabbat b’dak li kellu jagħmel hu u b’danakollu joqgħod il-ħin kollu għassa fuq din il-ħlejqa nobbli umana. Hemmhekk fuq il-lemin tiegħu, biss ftit ‘il bogħod minnu. U qalbu mtliet u tħarrket b’tenerezza paterna, l-ansjetà tenera li biha dak li jissagrifika lilu nnifsu biex inissel is-sbuħija fl-ispirtu jinġibed lejn dak li jkun jippossiedi s-sbuħija.

Additional information

Weight 210 g
Dimensions 20 x 13 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995775391
Pages 176
Translator Alfred Palma

Product categories and tags

SKU: 9789995775391 Categories: Tags: