Description
Klassiku letterarju li jirrakkonta l-istorja affaxxinanti ta’ ġuvni fuq l-għatba tal-irġulija.
Alfred Sant kiteb ir-rumanz meta kellu biss dsatax-il sena biex jesplora d-dinja tal-kbar mill-għajnejn taż-żgħożija.
Huwa ktieb li donnu ż-żmien ma jgħaddix minn fuqu. Għadu jkellimna bl-istess qawwa u saħħa ta’ meta nkiteb ħamsin sena ilu.
Minkejja li huwa x-xogħol bikri ta’ kittieb żagħżugħ, jitkellem bi lsien ta’ ħsieb matur li fetaħ għajnejh għad-dinja tal-kbar… li dejjem turi ruħha iebsa wisq u xi minn daqqiet qalila.
“L-Ewwel Weraq tal-Bajtar jimmarka t-twelid tar-rumanz kontemporanju Malti li jħaddan l-elementi kollha tan-narrativa letterarja matura.” – mid-daħla ta’ Walid Nabhan