Rita Saliba
Minbarra kitba għat-tfal żgħar, Rita Saliba għandha għal qalbha l-kitba għall-adolexxenti. Rebħet il-Konkors Nazzjonali ta’ kitba għaż-żgħażagħ u adolexxenti tliet darbiet bir-rumanzi tagħha Inżul ix-Xemx (2011), Bella Berger (2013) u Il-Kulur tal-Lellux (2016) fil-konkors imniedi fl-2015. Fl-2014 ittraduċiet mit-Taljan żewġ rumanzi oħra għall-adolexxenti, Il-Misteru tad-Dniefel tal-Ġebel u Il-Misteru tal-Labirint.
Madankollu Rita tħoss il-bżonn li tesprimi ruħha f’kitba għall-adulti wkoll. Xi kitbiet tagħha dehru flimkien ma’ ta’ awturi oħra f’pubblikazzjonijiet bħal Kieku l-Ikel Jitkellem (2009) u Skariġġi (2012). Kitbet ukoll numru ta’ novelli qosra tal-ġeneru flash fiction li wħud minnhom huma ppubblikati f’antoloġija bl-isem ta’ Għidli Mitejn, maħruġ fl-2014. Novelli oħra ta’ Rita Saliba ġew ippubblikati f’Leħen il-Malti, maħruġ mill-Għaqda tal-Malti Università u f’Il-Malti, ippubblikat mill-Akkademja tal-Malti. Saliba ħarġet il-ġabra ta’ novelli tagħha, Satin, fl-2014.
Showing 1–16 of 27 resultsSorted by latest
-

Il-Masġar il-Griż
€7.00 Add to basket -

Is-Sultan l-Għaref u l-Ħaġa Moħġaġa
€3.00 Add to basket -

Miranda u d-Dinja ta’ Taħt Fuq
€3.00 Add to basket -

Riħa ta’ Ċirasa
€5.00 Add to basket -

Ma’ Kull Riħ
€13.00 Add to basket -

Inżul ix-Xemx
€9.00 Add to basket -

Miranda Tħobb il-Kotba
€3.00 Read more -

Il-Bużu u ż-Żarbuna Maġika
€7.00 Add to basket -

Minn Wara l-Ħġieġ
€12.00 Add to basket -

The Crown Daisy Patch
€6.95 Add to basket -

Il-Ħajjat tal-Istejjer
€12.00 Add to basket -

Karmenu: It-Tifel li Sar Poeta
€7.00 Add to basket -

Minn Taħt l-Ilsien
€12.00 Add to basket -

MittKelma
€10.00 Read more -

O.B.E.
€12.00 Add to basket -

Fuq Widnejn Torox
€10.00 Add to basket
Showing 1–16 of 27 resultsSorted by latest
