Konġura li setgħet tellfet ċelebrazzjoni
Charles B. Spiteri

L-istorja Ngliża jaf kellha differenzi kbar, u minflok ma r-Reġina ċċelebrat is-60 anniversarju tal-koronazzjoni tagħha f’Ġunju tal-2013, setgħet kienet qed tqatta’ ħajja totalment differenti.
Dan kollu minħabba konġura li faqqset segretament fil-palazz tagħha biex jippruvaw iwaqqfuha milli ssir reġina, fis-snin qabel il-mewt ta’ missierha, Ġorġ VI. Fil-qalba ta’ din il-konġura sensazzjonali kien hemm zijuha, dak li kien se jkun ir-Re Dwardu VIII, u li abdika fl-1936. Il-pjan kien wieħed sempliċi. Id-Duka ta’ Windsor, kif beda jissejjaħ meta abdika mit-tron, kellu jmur lura l-Ingilterra biex isir Re –bl-iskuża li n-neputija tiegħu (li kienet fl-għoxrinijiet tagħha) kienet ċkejkna wisq biex tirrenja. U ladarba jikseb it-tron mill-ġdid, kien ikun diffiċli li jerġgħu jwarrbuh minn postu.
Inħarsu lejn din il-konġura llum, jaf ma naqblux magħha – iżda setgħet ħadmet.
Għax tul it-tmiem tas-snin Erbgħin, meta l-pjan beda jifforma, fil-Palazz ta’ Buckingham kienet tirrenja paranojja sħiħa. In-nies għoljin ta’ madwar Ġorġ VI kienu qed iħarsu bl-ikrah lejn l-għaxqa tar-re – bintu l-kbira, il-Prinċipessa Eliżabetta, li kienet innamrat minn prinċep Grieg ta’ ftit importanza u mingħajr sold. Dan kien jismu Philip.
Agħar minn hekk kien is-suspett li z-ziju ta’ Philip, raġel ambizzjuż u influwenti għall-aħħar, li kien l-Earl Mountbatten, seta’ jkun ta’ theddida għar-renju u jkun il-qawwa ġdida fit-tron Ingliż.
Id-Dar ta’ Windsor ma kienet popolari xejn. Ir-Re, imfarrak minn snin ta’ gwerra, qatt ma ta kas ta’ saħħtu, u skont Winston Churchill, kien ‘miexi id f’id mal-mewt’.
Lord Moran, it-tabib ta’ Churchill innifsu, fl-1949 kien tal-fehma li: ‘Anki jekk ir-re jfiq, qajla jkun jista’ jgħix aktar minn sena’.
Ma’ mewtu kellha tieħu postu bintu Eliżabetta, xbejba ċkejkna, li tqieset bħala vulnerabbli għal Philip, li permezz tiegħu saret Mountbatten. Ħafna kienu tal-fehma wkoll, li hekk kif Eliżabetta tiżżewweġ lil Philip, il-prinċipessa ssir Reġina u ‘Dickie’ Mountbatten jippjana biex neputih jilħaq Re, jew jingħata t-titlu aktar prestiġjuż minn prinċep – bħala King Consort.
Iz-ziju ta’ Philip deher aktar milli ferħan għall-fatt li l-Familja Rjali Ingliża, magħrufa bħala d-Dar ta’ Windsor sa mill-1917, kellha tibda tissejjaħ id-Dar ta’ Mountabtten appena neputih jiżżewweġ lil Eliżabetta.
Kien hemm bosta li opponew għal dan u nies għolja mill-palazz, ħadmu favur id-Duka ta’ Windsor u ħajruh jerġa’ lura fl-Ingilterra biex ikun fil-quċċata tas-siġra.
Jidher li dan l-inkuraġġiment għoġob lid-Duka li beda jdur fuq il-Ministri u n-nies tal-Palazz u jwegħidhom xogħlijiet mill-aqwa. Hu u n-nies tal-konġura tiegħu riedu jwarrbu lil Eliżabetta, li wara kollox kellha d-dritt tiret it-tron mingħand missierha.
Iżda l-pjan tagħhom ma rnexxiex, għalkemm jidher li ma kien hemm ħadd kapaċi jwaqqaf lid-Duka ta’ Windsor kieku kellu jagħmel appell lill-pajjiż u dan jaċċetta li jaċċettah lura. Iżda minn dak kollu maħsub, fl-aħħar, id-Duka ma għamel xejn.
X’seta’ waqquf mill-konġura mħejjija għall-kisba tat-Tron? Tilef is-sabar? Jew laħaq ħabb New York, Palm Beach u l-Cote d’Azur?
Hi x’inhi r-raġuni, il-Prinċep għamel żjara qasira f’Londra – it-temp Ingliż ma għoġbux u reġa’ telaq. Kieku rnexxielu jikseb it-Tron hu, żgur li r-Reġina Eliżabetta II ma kinitx tiċċelebra s-60 anniversarju tal-Koronazzjoni tagħha fil-bidu ta’ Ġunju.
Reliġjon bil-passatur fir-ras!
Raġel li skont ma ntqal, dejjem jilbes passatur f’rasu għal raġunijiet reliġjużi, ngħata permess li b’dan il-passatur jidher fil-Karta tal-Identità uffiċjali.
Pavel Zara, kelliem mis-City Hall f’Brno spjega li: ‘L-applikazzjoni taqbel mal-liġijiet tar-Repubblika Ċeka, fejn l-ilbies tar-ras għal raġunijiet reliġjużi jew mediċi huma permessi sakemm dawn ma jgħattux il-wiċċ.Oqbra tal-massa f’Jaffa
Sitt oqbra tal-massa xehdu l-fdalijiet ta’ tużżani ta’ Palestinjani li nqatlu matul il-gwerra bejn l-Iżraeljani u l-Għarab fl-1948, meta twaqqaf l-istat Lhudi. Dawn l-oqbra nkixfu fid-distrett ta’ Jaffa, f’Tel Aviv.
Mahmoud Obeid, riċerkatur u storiku, apparti milli resident ta’ Jaffa, qal li sabu sitt oqbra tal-massa, li tnejn minnhom ħaffruhom huma stess. Huma stmaw li fl-oqbra kien hemm madwar 200 ġisem, b’numru addizzjonali ta’ oqbra li għadhom mhux magħrufa.
Fl-1950 Jaffa kienet inkorporata f’Tel Aviv, u ngħatat l-isem ta’ Tel Aviv-Jaffa. Illum fiha popolazzjoni mħallta ta’ Għarab u Lhud.Skavar fuq l-asterojdi
Il-vapur tal-ispazju OSIRIS-REX għandu jasal fuq l-asterojde Bennu fl-2018, bl-iskop li jiġbor kampjuni kosmiċi u jiġi lura fid-dinja.
L-OSIRIS-Rex (Origins, Spectral Interpretation, Resource Identification, Security and Regolith Explorer) qed tittama li tikseb din l-esperjenza.Irkant ta’ karozzi Mercedes
Charles B. Spiteri

Min jaf jekk fl-irkant tal-karozzi tat-tip Mercedes, li se jsir f’ Battersea, ikunx bniedem wieħed li jixtrihom! Irid garaxx enormi fejn iqegħidhom!
Dawn il-karozzi li jlaħħqu għal 74 karozza tal-istess tip, kienu ta’ persuna waħda u mistennija jdaħħlu aktar minn €21,861,780 fl-iktar irkant ta’ valur li qatt sar f’Londra.
Din il-kollezzjoni ta’ karozzi Mercedes, hi magħmula minn flotta ta’ vetturi Ġermaniżi, li jkopru perijodu ta’ 100 sena sewqan. Hemm limousines, karozzi sportivi, convertibles u anki ambulanza. Huma nġabru u ngħaqdu mill-kollettur anonimu Ewropew, tul is-snin.
Fil-quċċata tal-bejgħ hemm żewġ Mercedes tal-1938, li huma 540K cabrios, li għandhom iġibu bejn €1,495,806 u €2,876,550 il-waħda.
Il-540K hi meqjusa bħala l-aktar karozza mfittxija fost il-karozzi Ġermaniżi għax tirrappreżenta l-qofol tal-inġinerija fil-karozzi ta’ qabel il-gwerra.
L-aktar karozza antika hi l-Mercedes tal-1905, tal-mudell Simplex, li kienet karozza lussuża, li tagħmel 68 mil fis-siegħa.
Hemm ukoll tliet 300SLs, li huma l-ikoni tal-kumpanija, kif ukoll Gullwing tal-1956, li għandha tqarreb il-€103,555. Mercedes oħra li għandha 81 sena hi t-370s, li mistennija tinbiegħ għal €1,380,744 waqt li Cabrio 500K tal-1936 għandha tinbiegħ għal €1,035,558. Magħhom hemm ukoll ambulanza antika tal-1952, li l-prezz mitlub għaliha se jkun ta’ bejn il-€57,531 u t-€80,543.
Finalment hemm ukoll replika, mibnija fis-sena 2000, tal-ewwel karozza tad-dinja – il-Benz Patent Motorwagen tal-1886 – li għandha tinbiegħ għal €63,284.
Jekk, kif inhu maħsub, tinġibed l-attenzjoni tad-dilettanti tal-karozzi Mercedes, din il-flotta ta’ 74 karozza għandu jkollha dħul li jaqbeż il-€21,861,780

Serq ta’ tfajla jwassal għal sejba enormi
Bħalissa qisu kulħadd jitkellem fuq xebbiet u nisa miżmumin kontra xewqathom, jew biex iservu ta’ skjavi jew għall-prostituzzjoni.
L-investigaturi jemmnu li hemm vittmi oħra u meta aktar tard għamlu rejd fid-dar ta’ Balletto sabu aktar minn 1,400 pjanta tad-droga; €3011 fi flus kontanti u l-akbar u l-aktar armi soffistikati li nqabdu riċentement.Arti ta’ Rquqija fis-Sushi
Charles B. Spiteri

Bi snin ta’ taħriġ meħtieġ biex issir itamae – kok tradizzjonali Ġappuniż – mhix ħaġa tal-iskantament li l-ikel ikun arti fil-Ġappun. Iżda koka kreattiva rnexxielha tmur aktar lil hinn, meta litteralment ħolqot artiġjanat bis-sushi.

Tama-chan, jew kif hi magħrufa bħala l-illustratriċi Takayo Chiyta – tifforma r-ross u l-ħaxix tal-baħar f’varjetà ta’ disinji, minn cartoons ta’ qtates u fjuri żgħar daqs gidma, għal kopji ta’ ritratti famużi bħall-Girl With A Pearl Earring ta’ Vermeer għal The Scream ta’ Edvard Munch.
Il-koka minn Tokjo tuża l-kuluri tal-ikel, soy sauce u l-green wasabi, biex tagħti l-kulur lir-ross, ħalli tagħmel il-kreazzjonijiet ‘makizushi’ jew sushi rrumblat.
Skont it-tradizzjoni, l-ħaxix tal-baħar, ir-ross u l-ingredjenti l-oħra – bħal ħut nej, ġinġer u ħaxix – jinfirxu fuq tapit tal-mejda, magħmul mill-bamboo, jiġu rrumblati u mqattgħin fi tmien partijiet. Iżda għal Tama-chan, qabel ma tqattagħhom tagħti l-kulur għad-disinn li tkun tixtieq. Dan ikun il-waqt li tant tistenna, biex tara li d-disinji tal-makizushi tagħha, joħorġulha tajbin, għax sa ma taqsam ir-romblu, ma tkunx taf eżatt kif se joħorġilha x-xogħol.

Hi tisħaq li fl-arti tagħha m’hemmx ċans li tirranġa, speċjalment l-espressjonijiet tal-uċuħ. L-ewwel qatgħa tar-romblu tkun dejjem mument speċjali għal Tama-chan.
Tant daħlet fil-ħidma tagħha, li sa ħolqot website bl-isem Sushi smile of Tama-chan. Fiha tiddeskrivi l-missjoni tagħha biex tinkuraġġixxi l-edukazzjoni u l-gost fl-ikel permezz ta’ dan l-ikel Ġappuniż.
Ġeneralment, il-koki Ġappuniżi tas-sushi jieħdu taħriġ ta’ 20 sena – għalkemm hemm korsijiet iqsar għal dawk li jaħdmu f’ristoranti esklussivi, barra l-Ġappun.



Mibjugħa l-karozza ta’ Mussolini
Charles B. Spiteri
Karozza li kienet disinjata minn Mussolini biex tegħleb lil dik magħmula fil-Ġermanja Nazista, għadha sal-lum ittella’ 165 mil fis-siegħa fuq it-top speed. Mussolini kien riedha ta’ lewn aħmar dagħmi, f’forma ta’ bullet, kif fil-fatt saret. Issa wara dawn is-snin kollha nbiegħet f’irkant għal kważi 7 miljun ewro – it-tieni l-aktar karozza fid-dinja li titqies bħala l-aktar għolja.
Mhi ekonomika xejn, iżda din l-Alfa Romeo 8C-35, li kienet tħalli lil kull karozza oħra warajha bħal dell, inħadmet fl-1935.
Sentejn qabel, fl-1933, Adolf Hitler kien ħareġ mill-fondi statali biex iffinanzja l-karozzi tat-tip Mercedes Benz u l-Audi, li tqiesu bħala mudelli li ma setgħu jkollhom l-ebda sfida.
Iżda ftit wara, u għall-Grand Prix Taljana, Mussolini kkummissjona lill-Alfa biex tinawgura l-8C-35, li qalbet kollox ta’ taħt fuq.
Wara tellieqa waħda, ir-rivali tal-Alfa bdew jirtogħdu wara l-isteering tagħhom. Is-sewwieqa tal-Alfa kienu jgħaddu mill-ħames post għall-ewwel wieħed f’ħin ta’ żewġ minuti.
Wara 80 sena, din il-karozza ta’ Mussolini, li għadha kif inbiegħet, għadha f’kundizzjoni bħal ġdida. Għal 40 sena tħalliet f’garaxx f’Buckinghamshire.
Minkejja r-restawr li sarilha, għad għandha l-fatturi oriġinali kollha, inkluż il-gear u l-mirja.
Hi kienet inxtrat mill-industrijalist sinjur Dennis Poore, li seta’ jsuqha kull fejn ried, tant li anki ħa sehem biha f’kompetizzjonijiet. Iżda fl-1955, daħħalha fir-remissa tad-dar tiegħu f’Taplow, fejn baqgħet mhix mimsusa sa ma miet fl-1987.
Minn dak iż-żmien sarilha r-restawr, iżda għadha ttella’ l-ħeffa oriġinali tagħha fis-sewqan.
Hi nxtrat waqt irkant li sar fl-14 ta’ Settembru, minn Goodwood Revival Sale qrib Chichester, għall-prezz ta’ €7,077,524.
Sebaq l-apparat għat-tqabbiż tal-għajnejn
Missier li tant irnexxielu jqabbeż għajnejh ’il barra, li qajjem sensazzjoni fuq il-YouTube, ma rnexxilux jitniżżel fir-rekords – għax il-ġurati ma kellhomx apparat adekwat biex ikejlu kemm ħariġhom.
Iżda nhar it-Tnejn, 16 ta’ Settembru, hu ġie miċħud it-titlu għar-rekord tiegħu, għax il-ġurati li marru jżuruh f’Vincent Hotel f’Southport, ma kellhomx tagħmir kbir biżżejjed biex ikejlu kemm qabbeż għajnejh ’il barra. Huma setgħu jkejlu sa 12-il millimetru, iżda John irnexxielu jqabbiżhom aktar minn hekk. Minħabba dan, kienu mġegħlin jiċħdulu t-titlu.Veduta mill-isbaħ minn muntanja
Dan hu siġġu li jippermetti lix-xabbaturi joqogħdu bilqiegħda fuqu, jirrilassaw u jammiraw il-veduta ta’ madwarhom. Naturalment, għal dawk ix-xabbaturi li jkunu xxabbtu għal mijiet ta’ piedi u li jkunu kuraġġużi biex jafdaw ruħhom f’dan is-siġġu tal-ħabel. 