Sejba u aktar għarfien fuq il-Wari
Arkeologi fl-Amerika t’Isfel, dan l-aħħar sabu qabar mhux mimsus li jagħti dawl fuq iċ-ċivilizzazzjoni qadima u misterjuża tal-Wari. Dan wara li kixfu l-iġsma mummifikati ta’ tliet irġejjen, qrib teżori tad-deheb u sagrifiċċji makabri umani.
Dan il-qabar jagħti minjiera ta’ informazzjoni fuq l-imperu enigmatiku tal-Wari, li ħakmu ’l-Andes ħafna qabel is-suċċessuri magħrufin tagħhom, magħrufin bħala l-Incas.
Ir-riċerkaturi qalu li din is-sejba se tgħinhom jgħaqqdu flimkien it-tip ta’ ħajja fl-Andes, sekli qabel ma nħoloq l-imperu tal-Incas, li nkiteb ferm fuqhom mill-Ispanjoli li rebħulhom u ħadulhom l-artijiet.
L-arkeologa Patrycja Przadk qalet li n-nisa kienu midfunin b’imsielet ta’ metalli prezzjużi mnaqqxin, li hu mifhum li dari kienu jintlibsu biss mill-irġiel. Fost l-artefatti misjuba maġenb l-irġejjen mummifikati nstabu għodod tal-insiġ, magħmulin mid-deheb, skieken u mnanar ritwali, kikkri, kontenituri għall-weraq tal-coca, u numru sabih ta’ kontenituri taċ-ċeramika mżejnin b’mod sabiħ.
Il-bioarkeologu Wieslaw Wieckowski qal li sitt skeltri ma kinux imlibbsin, u dan jixhed li ntużaw bħala sagrifiċċji umani għall-elit mummifikati.Qattus spjun li nqatel mal-ewwel prova
Id-darba li ġejja, meta tkun se tmelles qattus għar-raqda ta’ wara nofsinhar, oqgħod attent li ma jkunx se jisraqlek xi sigrieti li jkollok. Almenu dan kien dak li fis-snin sittin, is-CIA kienet qed tittama li tagħmel, meta ħasbet li lill-qtates iddawwarhom fi spjuni.Karru ċkejken għal qażquż imweġġa’
Charles B. Spiteri

Qażquż ċkejken li kiser il-pelvis meta ommu waqgħet fuqu, sarlu karru biex jgħinu jibqa’ jimxi waqt li jfiq.
Il-qażquż, bl-isem ta’ Leon Trotsky kellu ġimagħtejn biss meta ommu tfixklet fih, waqgħet fuqu u kisritlu l-pelvis, b’konsegwenza li ma setax jimxi aktar. Iżda ruħ tajba ħadet lill-annimal ferut fil-Missjoni Edgar; 
Santwarju tal-annimali li ma jaħdimx għall-qligħ, f’Kilmore, l-Awstralja, fejn minkejja l-feriti tiegħu, Leon qed jagħmel progress kontinwu u jingħata l-kura.
Iżda peress li l-qażquż għadu ċkejken ħafna u l-għadam tiegħu hu rqiq, l-attenzjoni fuqu kellha tkun studjata sew. Barra minn hekk inħadem l-iżgħar karru li qatt inħadem, biex ma joħloqlux toqol fuq idejh.
Studju fuq l-eqdem statwa kbira fid-dinja
Xjenzjati fil-Ġermanja jinsabu qrib li jsibu d-data ta’ statwa antika tal-injam li skont huma fiha marki għal kodiċi sigrieti miktuba madwar 9,500 sena ilu – aktarx l-eqdem oġġett tax-xorti tiegħu, li nsibu fuq il-pjaneta. L-idolu tal-biża’ Shigir hu darbtejn eqdem mill-piramidi tal-Eġittu u kien imħares bħal kieku kien f’kapsula taż-żmien, fit-truf tal-Punent tas-Siberja. Operazzjoni fuq ors
Lil ors ta’ 19-il sena, bl-isem ta’ Mango, ftit żmien ilu saritlu operazzjoni ta’ slip disc f’Iżrael, peress li minħabba l-uġigħ li kellu, ma setax iċaqlaq saqajh ta’ wara. Ħaddiema taz-zoo ndunaw li l-ors kannella Sirjan, ta’ 550 libbra, kellu problema meta rawh miexi b’mod stramb.
ħalqu. Anki rabtulu ċ-ċinga tal-apparat tal-pressjoni, ma’ idu l-leminija. Waqt li proċeduri simili mhumiex komuni fuq annimali oħra fiċ-Ċentru Zooloġiku ta’ Ramat Gan, din kienet l-ewwel waħda lil qatt saret fuq ors. Moda ġdida fuq Facebook
Charles B. Spiteri
Jidher li fi ftit żmien saret moda ġdida l-vidjos tat-trabi jduqu lumija għall-ewwel darba jew b’xi dehra stramba għall-aħħar.
Il-ġenn ġdid jinvolvi tfal ipinġu, oħrajn b’eyebrows mhux solti u mpinġijin fuq it-trabi biex jitteħdulhom ir-ritratti u numru ieħor ta’ tfal f’qagħdiet apposta u mhux tas-soltu biex jidhru fuq Facebook.
Kien hemm bosta li rriferew għal dan kollu bħala ‘krudeltà’ mat-tfal, waqt li l-ġenituri qed jinsistu li b’hekk mhuma jonqsu xejn lil uliedhom.
Forsi l-aktar li dehret bi kbira kien, għax ftit żmien qabel, ir-raġel ta’ Kim Kardashian kien akkużat li biddel l-eybrows ta’ bintu North, li kellha sitt xhur biss. Madankollu hu mill-ewwel ħareġ bl-attakk li bħala missier
ma kien se jagħmel xejn li ’l quddiem ikerrah id-dehra tal-istess bintu. Żied jgħid li min juri nuqqas ta’ qbil ma’ dak li wettaq hu, hu bniedem marid.
Il-Qorti wara l-għajbien ta’ qattus
Charles B. Spiteri

Raġel separat, dan l-aħħar ittella’ l-Qorti akkużat li seraq lil ‘Marmalade’, il-qattus adorabbli tal-eks mara tiegħu. Dan għamlu ġimgħat wara s-separazzjoni tagħhom.
Jonathan Brewster ta’ 45 sena telaq minn daru f’Maidstone Kent u spiċċa akkużat li seraq il-pet ta’ 13-il sena. Martu Tracy, ta’ 52 sena iddedikat dawn ix-xhur tfittex lill-qattus u sa spiċċat tilfet ix-xogħol li kellha, biex tagħmel hekk ma’ bosta ħbieb tagħha.
Issa, Jonathan, li hu inġinier mekkaniku qed jallega li kellu bosta theddid għal ħajtu fuq l-akkuża li seraq il-qattus u rmieh. Wara li deher bħala akkużat fil-Qorti tal-Maġistrati f’Maidstone, ingħata l-ħelsien fuq pleġġ sa ma jibda jinstema’ l-ġuri f’Jannar li ġej.
Intqal li hekk kif ‘Marmalade’ ma rritornax id-dar, Tracy u l-ħbieb tagħha ġabru s-somma ta’ £1,300 għal min isibu u waqqfu bosta gruppi ta’ voluntiera, li qagħdu jfittxuh fit-toroq. Iżda t-tiftix ma ta l-ebda riżultat.
Terry qed tallega li l-qattus hu meqjus bħala binha u qed tgħix ħajja ddisprata mingħajru.
Imut l-itqal bniedem
Charles B. Spiteri

Miet il-Messikan li darba kien imniżżel bħala l-itqal bniedem tad-dinja. Kellu 48 sena.
Manuel Uribe, li fl-2006 kien ċertifikat mill-Guinness World Records bħala li jiżen 1,230 libbra kien naqas għal 867 libbra.
Il-mewt ta’ Uribe kienet konfermata minn uffiċjal fid-dipartiment tas-saħħa tal-istat ta’ Nuevo Leon, fejn tinsab il-belt ta’ Monterrey. Hu kien iddaħħal hemm snin qabel, peress li ma setax jimxi waħdu. Barra minn hekk kellu problemi bil-qalb. Biex twassal l-isptar kellu jintuża krejn mill-ħaddiema tal-emerġenza u tal-protezzjoni ċivili.

Fl-2008, Uribe żżewweġ lil Claudia u din l-okkażjoni kienet waħda mill-ftit li ġegħlitu joħroġ mid-dar fl-aħħar snin. Sa ma ġie biex jiżżewweġ u wara snin ta’ dieta, eżerċizzju u kura medika, Uribe tilef aktar minn 550 libbra. Kellu f’moħħu li fil-knisja jimxi sal-artal, iżda ma rnexxilux. Skont l-Associated Press, kellu jikri trakk biex jimtedd fuq sodda li nħadmet apposta, u meta wasal ħdejn l-għarusa tiegħu li dak iż-żmien kellha 38 sena, nfexx jibki, u lanqas daq il-kejk tat-tieġ tiegħu stess.
Aktar qabel, meta kien jiżen 280 libbra, Uribe kien miżżewweġ lil Solis, iżda meta beda jeħxien b’mod drammatiku, ir-relazzjoni tagħhom saret diffiċli, u talbet għad-divorzju.
Il-ħxuna enormi tiegħu bdiet tidher sew fl-1992. Imbagħad, fl-2007 stqarr mal-ABC News li għamel kull dieta li wieħed jista’ jimmaġina, iżda ma kiseb ebda riżultat.
Sa mis-sajf tal-2002 Uribe spiċċa fis-sodda, jiddependi minn ommu u l-ħbieb biex jitimgħuh u jnaddfuh.
Metro lussuża fl-Arabja Sawdija
Charles B. Spiteri

Il-passiġġieri tal-Underground f’Londra dalwaqt jibdew jgħiru għall-aktar sistema tal-metro lussuża fid-dinja li se tkun lesta fi ftit snin.
B’dehra minn ġewwa li titqies bħala lukanda b’ħames stilel, ix-xogħol propost f’Riyadh, fl-Arabja Sawdija, se kollu disinn spazjali, b’passaġġi tal-irħam, ħitan miksijin bid-deheb u naturalment — peress li hu post sħun immens – sistema mill-aqwa ta’ arja kundizzjonata.
Il-faċċata se tkun magħmula b’mod li taċċetta li d-dawl jidħol ġewwa, waqt li fl-istess ħin tilqa’ s-sħana ħarxa tad-deżert.
Il-binja se jkollha sitt linji differenti li jitħaddmu flimkien, u sar il-ftehim mir-Re Abdullah li trid titlesta f’erba’ snin biss – l-istess żmien li ħadu l-bennejja fi New York biex irrinovaw stazzjon wieħed.
Li aktar jiffrusta lill-Ingliżi ta’ Londra hu l-fatt li din is-sistema ġdida għall-Għarab, kienet disinjata minn Zaha Hadid, perit nofsu Ingliż, li wettaq numru ta’ żviluppi moderni mad-dinja kollha.
Dan il-perit bl-uffiċċju f’Londra hu nofsi Iraqin u kien il-moħħ wara l-iżviluppi fil-Pjazza tal-Kapitali Hoxton u f’Eaton Place, kif ukoll fi proġetti internazzjonali fi bliet, fosthom New York, Singapore u Dubaj.
Meravilja Ċiniża fl-ikbar bini dinji
Charles B. Spiteri

Għaċ-Ċiniżi, il-bini hu xi ħaġa tal-meravilja. Dan l-aħħar għadhom kif inawguraw l-akbar bini tad-dinja, li kapaċi jesa’ 20 Opera Houses daqs ta’ Sydney jew tliet Pentagons.
In-New Century Global Center f’Chengdu, proviniċja ta’ Sichuan fih kobor ta’ 19-il miljun pied kwadru u fih ċentri sħaħ ta’ ħwienet, villaġġ Mediterranju, water park, ice-skating rink u numru ta’ lukandi.
Naturalment, il-viżitaturi f’dan il-bini msaqqaf bil-ħġieġ, m’għandhomx għax jinkwetaw minħabba t-temp, għax dan il-kumpless ġgantesk għandu x-xemx artifiċjali tiegħu.

Bħala qisien, il-binja hi twila 500 metru b’400 metru wisa’ u mitt metru għoli. Skont l-uffiċjali Ċiniżi, in-New Century Global Centre hu l-ikbar bini fid-dinja u ħadilhom tliet snin biex lestewh.
Liu Xun, gwida Ċiniż qal li din il-‘belt’ mibnija mill-umani, għandha fiha xemx artifiċjali li tipprovdi dawl u sħana għal 24 siegħa kuljum, għal dawk li jkunu jridu jagħmlu x-xirja tagħhom jew l-oħrajn li jridu jżuru l-400,000 metru kwadru ta’ ħwienet u mħażen.