Ta’ Barra minn Hawn

Stejjer strambi tal-erwieħ minn Malta u lilhinn...

9789993276920
Paperback

Description

Kotba dwar l-istejjer tal-iħirsa jeżistu ħafna. Għalfejn ieħor?

Bħala ġurnalista, jien interessajt ruħi bil-ħsieb li niġbor dawn l-istejjer mingħand min esperjenzahom.

Jien ma ppruvajtx insib provi xjentifiċi għal dawn l-istejjer jew noħloq xi tip ta’ riċerka. Iżda tul iż-żmien skoprejt kemm hija differenti r-realtà mill-fatati tal-qedem u l-folklor. Jeżistu aktar spirti twajba milli ħżiena. L-istejjer tal-iħirsa jaffaxxinaw kull ġenerazzjoni.

Qattajt ħafna ħin ma’ persuni fuq xi sufan jew fl-uffiċini tagħhom, fejn f’xi waqtiet il-persuna li tkun qed tirrakkontali l-istorja tqum minn postha biex turini bil-mossi xi punt partikolari. U xi drabi wkoll jibdew jirtogħdu waqt li jkunu qed jirrakkontaw xi dettall li jkexkex. Kull wieħed minn dawn il-persuni jemmen fl-istorja tiegħu. Dawn il-ġrajjiet bidlu xi ftit jew wisq il-ħajja ta’ dawk li għaddew minnhom. Jekk għandek kuraġġ, emminhom.

Dan il-ktieb għandu numru ta’ stejjer ġodda. Ħafna nies li intervistajt għadhom ħajjin u d-djar u l-postijiet fejn ġraw dawn l-istejjer imsaħħra għadhom jeżistu.

Additional information

Weight 270 g
Dimensions 20.5 × 13.2 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789993276920
Pages 216

Product categories and tags

SKU: 9789993276920 Categories: Tags:

You may also like…