Description
L-istorja sħiħa tal-letteratura Maltija għad trid tinkiteb. Tabilħaqq jeżistu diversi studji li jitfgħu dawl fuq l-evoluzzjoni letterarja ta’ ġensa iżda, anki jekk ikollna niġbruhom flimkien, xorta ħa jibgħalna ħafna lakuni x’nimlew.
Dil-ġabra ta’ avvenimenti, pubblikazzjonijiet u noti bijografiċi, elenkati f’ordni kronoloġiku, toffri skeletru ta’ dik l-istorja li għadha ma nkitbitx. Hija sinteżi telegrafika ta’ dak li nafu s’issa u, kif soltu jingħad, sinteżi kapaċi tkun sura oħra ta’ oriġinalita.