Ġrajjiet il-Kliem

Koktejl Lingwistiku

9789990944792
Paperback

Description

Dan il-ktieb, Ġrajjiet il-Kliem – Koktejl Lingwistiku (ĠKKL) huwa vjaġġ: vjaġġ tagħna biex infitxxu l-ġrajja wara l-kelma. U f’dan il-vjaġġ insibu ruħna f’artijiet ta’ ħsieb fejn il-Malti qatt ma mar qabel. U f’dawk l-artijiet tal-ħsieb nilmħu kultura u mentalità ta’ missirijietna li newlulna lingwa li tiswa mitqilha deheb għax tifrixilna skrin ta’ dehen u għaqal f’tisqiriet fil-moħħ. Għaldaqstant dan il-ktieb jagħraf l-importanza tal-Malti bħala espressjoni tal-ħajja soċjali u storika tal-gżejjer tagħna. Jifhem il-Malti bħala mezz ta’ trasmissjoni għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda, u bħala wirja tal-istorja tal-ġrajjiet tal-imgħoddiu t-twemmin tal-antenati tagħna. U fl-istess ħin jifhem li l-lingwa hija strument ukoll ta’ espressjoni ta’ netwerk ta’ relazzjonijiet soċjali fl-ambjent tal-lum.

Fl-istess ħin li qed jissejjaħ ‘vjaġġ’ il-ktieb huwa wkoll koktejl lingwistiku li joffri taħlita ta’ ideat li jiflu r-relazzjonijiet bejn il-lingwa u l-kultura. Dan il-koktejl iħaddan fih studju interdixxiplinarju ta’ kif il-lingwa ssawwar il-komunikazzjoni, tagħġen l-identità soċjali, torganizza t-twemmin u l-ideoloġiji kulturali, u tiżviluppa rappreżentazzjoni kulturali għall-ambjent soċjali u naturali tal-Gżejjer Maltin. It-temi ta’ dan il-koktejl jinkludu, fost oħrajn, deskrizzjonijiet grammatiċi, tiftix etimoloġiku, narazzjoni tal-ġrajjiet wara l-kliem, eżami tal-elementi istituzzjonalizzati, klassifikazzjonijiet semantiċi, u influwenzi fuq il-lingwa.

Additional information

Weight 510 g
Dimensions 21 × 14.7 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789990944792
Pages 333

Product categories and tags

SKU: 9789990944792 Categories: Tags:

You may also like…