Shadow Woods

Roberta Bajada
9789918240548
Paperback

Description

Għadek fiċ-ċans li tiġi żżurna, tafx …

“Kullimkien inħallik tmur,” kienet tgħidli; u f’leħinha kważi jirtogħod kont naqbad ħjiel ta’ diqa — “Imma hemmhekk, le.” Lanqas l-isem tal-park ma kienet tlissen, bħallikieku Shadow Woods kien sinonimu ma’ xi skandlu li kienet taf bih hi biss.

Awwissu, 2018: Taħt il-qilla tax-xemx li tikkaratterizza s-sjuf ta’ Texas, Daniel Fisher jilmaħ il-fdalijiet iltima ta’ Shadow Woods fi triqtu għal għand iz-ziju Jeff. La martu Olivia, la wliedu, u lanqas hu stess ma jafu l-istorja kollha ta’ wara t-theme park dilapidat.

Tletin sena qabel, Daniel iżur Shadow Woods għall-ewwel darba fil-fjur ta’ żgħożitu. Karużelli mlewna, terramaxki ferriħija, roti panoramiċi mdaqqsa … Qalbu tħabbat għall-faxxinu tal-park, waqt li ruħu tinħakem mill-bosk oskur bis-sigrieti makabri li jostor.

Additional information

Weight 270 g
Dimensions 19.9 × 12.9 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Year of publication 2024
Pages 224
ISBN 9789918240548

Product categories and tags

You may also like…