Mistura Wara l-Kanċell

9789918212897
Paperback

Description

Jekk tgħaddi mill-kanċell biex mill-ftuħ ta’ barra tidħol fl-għeluq ta’ ġewwa, issib orfanatrofju bi tfal jixxabbtu mal-partixins qabel l-irqad, bħal-liedna tielgħa tixxeblek mal-ħajt tal-ġnien tfittex ix-xemx. Ixxomm ir riħa ta’ patata l-forn bil-bużbież tfewweġ mill-kċina, li bħal ruħ nebbiexa tinvadilek imnifsejk u tiżbilanċjak. Tilmaħ it-tfal reqdin ġo dormitorji twal donnhom oqbra li tħaffru qabel żmienhom…

U jien… b’tempesta fil-kuxjenza nistħajjilni l-Madalena li telqet minn taħt salib bla ma taf fejn sejra. Dawn kollha… u aktar… jinsabu maqfula wara kanċell li qed jistenniek tiftħu.

Min kienet il-Bikkejja u l-għaliex it-tfal kienu jibżgħu minnha? X’kien ġara fil-kappella fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka? X’riedu jdoqqu John u Marco?
Kif tfaċċaw dawk il-ħafna ilsna ħodor? Min kien il-Ħares tas-Sikspenzijiet?

Iftħu l-kanċell u taraw!

Additional information

Weight 400 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 224
ISBN 9789918212897

Product categories and tags

SKU: 9789918212897 Categories:

You may also like…